tas-sliema – Page 4 – One News

Notifiki

Raġel arrestat f’Tas-Sliema

 

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-4.20am, il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk mir-Rapid Intervention  Unit,  arrestat raġel fi Triq  Sir  Adrian Dingli, Tas-Sliema.

Dan ġara fi Triq Dun Mikiel Rua kantuniera ma’ Triq Ġuże` Howard, Tas-Sliema, meta l-pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li allegatament kienet qiegħda tisraq minn vettura.

Aqra aktar

Gvern tas-serħan il-moħħ

Joseph Muscat dalgħodu f’ Tas-Sliema spjega kif f’pajjiżi oħra d-deċiżjoni tal-gvern Amerikan li joħroġ mill-ftehim mal-Iran ħalliet diskussjoni dwar kif il-prezz taż-żejt tela’ fl-ogħla livell tiegħu għal snin sħaħ. Dan bl-effett li kumpaniji tal-enerġija madwar id-dinja qed jaraw kif fi żmien li ġej se jkollhom iżidu mill-ġdid il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Aqra aktar

Il-PM jitkellem dwar il-weġgħat li jħossu nisa li jixtiequ jsiru ommijiet

F’diskors fiċ-Ċentru Laburista ta’ Tas-Sliema f’ġurnata li tfakkar u tiċċelebra l-ommijiet, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal kif din is-sena huwa jum aktar sinifikanti.

Dan fi sfond ta’ Gvern li qed jiġġieled biex jagħti aktar opportunità lil iżjed nisa isiru ġenituri. Gvern li qed jagħti tama, vuċi u futur lil mijiet ta’ familji.

Aqra aktar

Il-proġett ta’ Townsquare imur lura quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar

It-Tribunal għar-Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar iddeċieda li l-proġett ta’ Townsquare għandu jmur lura quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

Għal dan il-proġett kienu appellaw il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema flimkien ma’ għadd ta’ għaqdiet ambjentali.

Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal innota kif iridu jsiru numru ta’ konsultazzjonijiet mill-ġdid u jiġu ppreżentati studji fosthom tal-impatt ambjentali.

L-argument tal-appellanti fil-fatt kien li ċertu studji ma sarux jew ma kinux ippubblikati, u għaldaqstant ma setgħetx tittieħed deċizjoni sħiħa.

Aġġronat: Taqa’ gallarija bih f’Tas-Sliema

Persuna ndarab wara li waqgħet gallarija bih fi Triq l-Imrabat f’ Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li Serb ta’ 32 sena, kien qed jagħmel xi xogħolijiet f’gallarija, meta għal xi raġuni din ċediet u r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Is-Serb ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-pubbliku huwa nfurmat li Triq l-Imrabat bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

Pjan uniku se jibda jitwettaq f’Tas-Sliema

Volunteer Sliema huwa ftehim innovattiv bejn SOS Malta u Core Platform, appoġjat mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema u l-isptar Capua.

Huwa partnership lokali bil-għan li l-komunità tirrispondi għall-bżonnijiet tal-anzjani fis-soċjetà. B’hekk tonqos l-eklużjoni.

Dan se jkun proġett li jimmarka l-25 sena ta’ SOS Malta. Se jara li anzjani u nies b’diżabiltà fiżika jħossuhom aktar kapaċi jaċċessaw servizzi tas-saħħa u servizzi essenzjali oħra, filwaqt li jipparteċipaw fil-komunità. Se jkun offrut ukoll appoġġ morali permezz ta’ network maħluqa apposta.

Aqra aktar

ĊENTRU ĠDID għal persuni b’diżabilità; miżura oħra mwettqa

Ċentru ġdid bl-isem ta’ Skills Space se jkun qed jiffoka fuq l-abilità ta’ persuni b’diżabilità. Dan iċ-ċentru li infetaħ illum jinsab fiċ-ċentru ta’ Malta bil-għan li jintlaħqu aktar persuni li għandhom bżonn dawn is-servizzi.

Skills Space huwa proġett b’kunċett ġdid f’pajjiżna li jiffoka fuq l-abilità bi programmi varji u attraenti għal persuni b’diżabilità, carers u l-familjari tagħhom.

Il-post jinsab fil-qalba ta’ Tas-Sliema, u għalhekk ikompli jagħmilha aktar faċli biex persuni b’diżabilità jattendu għal dan il-programm, jintegraw aktar fil-komunità anke permezz ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet pubbliċi u eżerċizzji bħal passiġġati, soċjalizzazzjoni, xiri mill-ħwienet u bosta attivitajiet oħrajn.

Illum il-gurnata Agenzija Sapport għandha 11-il Ċentru ta’ Matul il-Jum fejn jattendu persuni b’diżabilità. F’din il-legiżlatura dan il-Gvern fetaħ tliet Ċentri li huma Spero, Gardjola, Għajnsielem Hub ġewwa Għawdex u llum se jinfetaħ ir-raba’ wieħed b’isem Skills Space.

Aqra aktar

Send this to a friend