Fi kważi ħames snin fl-Isptar Mater Dei twieldu mitejn u żewġt itrabi permezz tal-IVF.Aqra aktar

Fi kważi ħames snin fl-Isptar Mater Dei twieldu mitejn u żewġt itrabi permezz tal-IVF.Aqra aktar
Mateo.
Iċ-ċkejken li twieled tliet ġimgħat ilu fis-sagħtejn neqsin għoxrin ta’ wara nofshinar fl-Isptar Mater Dei.
Iben Maria u Trayden, li wara ismu hemm storja ta’ niket, li teħodna lura għall-erbgħa ta’ Ġunju tal-elfejn u ħmistax, meta fis-siegħa u l-ħin magna tal-injam f’Fabbrika f’Ħal Luqa ħasdet il-ħajja ta’ Matthew Bartolo, żagħżugħ ta’ sbatax il-sena ċajtier li kien ibiegħ is-saħħa – dakhinar l-għarus ta’ Maria Micallef.
Dakinhar iddominaw il-bnadar mezzasta, Malta u Għawdex maħsuda, ġenituri tilfu lil binhom u Maria tilfet l-ewwel imħabba ta’ ħajjitha.
Tarbija ta’ sitt ijiem u Bulgara ta’ 28 sena li hija tqila ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ bejn ħames karozzi, fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.Aqra aktar
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u s-sieħba tiegħu Carrie Symonds isemmu lil binhom Wilfred Lawrie Nicholas, wara n-nanniet tal-koppja u t-tobba Dr. Nick Price u Dr Nick Hart li ħadu ħsieb saħħet il-Prim Ministru Ingliż meta kien rikoverat fl-isptar minħabba l-coronavirus.Aqra aktar
Fl-Amerka, omm ta’ 27 sena welldet waqt li kienet f’koma medika minħabba l-Coronavirus. L-omm kienet ittiħdet f’kura intensiva meta hi kellha 33 ġimgħa tqala. Aqra aktar
F’Singapor tarbija ġiet salvata mill-ħaddiema li jiġbru l-iskart wara li sabuha meta kienu qed jiġbru l-iskart. Aqra aktar
It-tennista Andy Murray sar missier għat-tielet darba. Dan wara li martu Kim welldet tifel. Aqra aktar
Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri ħabbar li hu u martu Deborah saru ġenituri. Aqra aktar
Il-Pulizija ntervjeniet f’waqtu kmieni t-Tnejn filgħodu biex isalvaw tarbija mid-dar wara li l-omm issakkret fil-gallarija.
Hu mifhum li t-tarbija bdiet tibki wara xi ftit tal-ħin, iżda l-omm ma setgħetx tidħol ġewwa. Il-Pulizija ssejħu fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-omm u jsalvaw lit-tarbija.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wkoll issejħu biex jagħtu sehemhom f’din l-operazzjoni
“Grazzi kbira lit-tim tal-ITU tat-tfal f’Mater Dei, infermiera, tobba u professuri li ħadmu fuq li ħadmu biex isalvaw lil Elise. Saħansitra anke bkew magħna.”
Kien dan il-messaġġ ta’ ringrazzjament tan-nanna ta’ Elise, it-tarbija ta’ tmien xhur li tilfet ħajjitha wara li ddaħħlet l-isptar tbati mis-settiċemija aktar kmieni din il-ġimgħa.
Hi spjegat kif id-dar kienet mżejna b’Elise u ssa żejnet id-dar bir-ritratti tagħha biex kull fejn tħares, taraha.
F’isem il-ġenituri ta’ Elise u l-qraba kollha, hi rringrazzjat lil dawk kollha li f’mument ta’ faraġġ kienu ta’ spalla.
Hi temmet il-messaġġ tagħha bi kliem ta’ tifħir u kif ukoll ta’ ringrazzjament għat-tim ta’ professjonisti fl-ITU tat-tfal fejn qalet kif it-tim hu wieħed b’saħħtu u ddedikat f’dak kollu li jagħmel.
Send this to a friend