Aktar minn 250 kilo tapp tal-plastik inġabru fil-lokalità tal-Marsa minn 19–il tifel u tifla residenti tal-lokal. Il-Kunsill Lokali tal-Marsa ħa din l-inizjattiva biex jitqajjem aktar għarfien dwar l-importanza li nirriċiklaw il-plastik u li nibżgħu għall-ambjent, filwaqt li bl-inizjattiva li ħadu għenu wkoll lill-Community Chest Fund.
