ARA: Jiżbroffa vulkan fil-gżira Taljana ta’ Stromboli- Raġel jitlef ħajtu u bosta oħra midruba

Turist tilef ħajtu wara li vulkan fuq il-gżira Taljana ta’ Stromboli żbroffa fl-aħħar sigħat. Fuq il-post kien hemm ukoll bosta turisti li minnufih ħarbu għal post sigur biex isalvaw. Jidher li l-vittma, li huwa Sqalli ta’ 35 sena u li kien dilettant tal-mixi fit-tul f’postijiet ta’ dan it-tip, miet b’daqqa ta’ ġebla li waqgħet fuqu kawża tal-iżbroff.

Aqra aktar

Il-PM f’laqgħa mal-Ministru għad-Difiża Taljana Elisabetta Trenta

Wara l-impenji tiegħu fis-Summit tal-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran f’Ċipru, il-Prim Ministru Joseph Muscat issa jinsab l-Italja għal laqgħa formali mal-Ministru għad-Difiża Taljana Elisabetta Trenta.

Waqt l-impenji tal-Prim Ministru tħabbar li aktar tard din is-sena Malta se tkun qed tospita is-sitt edizzjoni tas-summit tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa. Għal dan is-summit mistennija jattendu t-tmexxija ta’ Franza, Spanja, l-Italja l-Portugal, Greċja, Ċipru u Malta. Flimkien, dawn il-ħames pajjiżi jirrapreżentaw madwar 40% tal-popolazzjoni u tal-prodott domestiku gross tal-Ewropa.

Il-Qorti tikkonferma: Taljana mafjuża sejra lura pajjiżha

L-estradizzjoni lejn l-Italja ta’ mara li kienet tifforma parti minn grupp mafjuż u li kienet arrestata Malta bis-saħħa tal-Mandat t’Arrest Ewropew se tkun qed isseħħ, kif kien deċiż inizjalment. Dan ġie deċiż illum fil-Qorti, mill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Mezzi tax-xandir Taljani irrapportaw li Donatella Concas kienet issuspettata li kienet parti mill-grupp mafjuż Camorra u kienet arrestata f’pajjiżna permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. Il-mara ngħatat sentenza ta’ tliet snin u tmien xhur priġunerija minn Qorti Venezjana, talli pparteċipat f’atti kriminali, użura, u kienet fil-pussess illegali ta’ armi fost oħrajn. Skont dawn ir-rapporti, saret parti mill-grupp mafjuż Venezjan bejn l-2009 u l-2011, liema grupp kien jieħu vantaġġ minn negozjanti u jipprovidhom bil-flus li jkollhom bżonn, b’rati għolja ta’ interessi. Wara li ngħatat is-sentenza, Donatella Concas għebet għal aktar minn sena, u kien wara investigazzjonijiet fir-reqqa li nstabet  hawn Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend