Notifiki

Taljan mixli li hedded pulizija jinżamm arrestat

Francesco Canzi, Taljan li jgħix f’pajjiżna ttella’ l-Qorti akkużat li hedded lil uffiċjal tal-Pulizija waqt li kien qiegħed waqt trattazzjoni fuq każ ieħor.

L-Avukat difensur ma talabx għall-ħelsien mill-arrest peress li l-akkużat diġà qiegħed jinżamm il-ħabs minħabba reat ieħor li allegatament wettaq.

Sindku Taljan taħt arrest f’daru wara li għen l-immigranti

Il-prosekuturi Taljani poġġew lil Domenico Lucano, is-sindku ta’ Riace, taħt arrest f’daru wara li nqabad jgħin l-immigranti sabiex jingħataw permezz jgħixu fl-Italja.
Is-sindku ta’ 60 sena organizza numru ta’ żwiġijiet bejn irġiel Taljani u immigranti nisa sabiex b’hekk setgħu jibqgħu jgħixu l-Italja faċilment. Stqarrija għall-istampa qalet ukoll li s-sieħba tiegħu Tesfahun Lemlem qed taffaċċja l-istess akkużi. Aqra aktar

Send this to a friend