Notifiki

Il-Qorti Kostituzzjonali ma tilqax it-talba tiegħu

Niġerjan ta’ 38 sena, li kien weħel 15-il sena ħabs u multa ta’ €30,000 lura fl-2017 f’każ dwar traffikar ta’ kokaina, u li ressaq proċeduri Kostituzzjonali fejn argumenta li nkisrulu d-drittijiet għal smigħ ġust, kellu l-każ mhux milqugħ mill-Qorti Kositituzzjonali. Aqra aktar

Għaxar deputati tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia affaċċja aktar talbiet għar-riżenja tiegħu waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tat-Tlieta filgħaxija. Laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat.

Is-sit elettroniku tal-gazzetta MaltaToday irrapporta kif aktar minn għaxar Membri Parlamentari Nazzjonalisti talbu għar-riżenja ta’ Delia, jew li tal-anqas jitlob għal vot ta’ fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. L-artiklu jżid jgħid li dan jikkontradixxi dikjarazzjoni ta’ Delia stess li m’hemmx talbiet biex hu jwarrab mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Ara: It-talba tal-Missierna kapaċi tinbidel

Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen.

Din hija silta mit-talba li tingħad ħafna, it-talba tal-Missierna iżda bħalissa għaddejja diskussjoni dwar tibdil fil-kliem la ddaħħalniex fit-tiġrib. Kien propju l-Papa Franġisku li kompla jqanqal id-diskussjoni. Dwar dan tkellimna mat-teologu u Viċi Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta Fr. Hector Scerri li spjegalna kif l-argument tal-Papa jagħmel ħafna sens.Aqra aktar

Sindku tal-PN ried il-liċenzja lura wara li saq xurban

Għas-Sindku tar-Rabat Għawdex, l-Avukat Samuel Azzopardi, ma kienx biżżejjed li reġa’ nħatar sindku wara li saq xurban u rrifjuta li joqgħod għal test tan-nifs. Dan għax talab lill-Qorti ta’ Għawdex biex, minkejja din il-ħtija f’każ fejn setgħu weġġgħu n-nies, tinħafirlu s-sospensjoni tal-liċenzja; sospensjoni ta’ sitt xhur.Aqra aktar

Send this to a friend