Il-Gvern fit-Tajlandja għadda digriet ta’ emerġenza biex jikkontrolla protesti paċifiċi li qed isiru f’Bangkok, li ma jippermettix ġemgħat kbar ta’ persuni fil-pubbliku.Aqra aktar

Il-Gvern fit-Tajlandja għadda digriet ta’ emerġenza biex jikkontrolla protesti paċifiċi li qed isiru f’Bangkok, li ma jippermettix ġemgħat kbar ta’ persuni fil-pubbliku.Aqra aktar
It-12-il tifel li kienu maqbuda f’għar mgħarraq fit-Tajlandja jinsabu f’Manchester biex il-Ħadd jattendu għall-logħba li għandhom Manchester United kontra Everton.Aqra aktar
Inħareġ nofs il-grupp ta’ subien li kienu maqbuda f’għar fit-Tramuntana tat-Tajlanda għal ġimgħatejn.
Eks bugħaddas tal-flotta navali Tajlandiża miet waqt li kien qed jieħu sehem f’ħidma ta’ salvataġġ biex ikunu salvati tnax-il tifel u l-kowċ tagħhom li nqabdu f’għar mgħerreq fit-Tajlandja.
Saman Gunan intilef minn sensih waqt li kien ħiereġ mil-kumpless tal-għerien Tham Luang, fejn kien qed iwassal maskli tal-arja.
Id-Deputat Gvernatur ta’ Chiang Rai qal li jidher li ma kellux biżżejjed ossiġnu waqt li kien ħiereġ lura. Huwa nħareġ minn sieħbu, iżda ma setax jerġa jitqajjem.
Gunan, li kellu madwar 38 sena, kien telaq mill-flotta navali iżda rritorna sabiex jgħin fl-operazzjoni ta’ salvataġġ. L-uffiċjali qalu li l-funeral tiegħu se jitħallas mir-re tat-Tajlandja.
Ħaddiema tas-salvataġġ fit-Tajlandja issa qed jiġġieldu kontra l-elementi sabiex jinħarġu 12-il tifel u l-kowċ tagħhom li ilhom għal dawn l-aħħar jiem maqbdua f’għar.
L-istorja ta’ dawn it-tfal ħasdet l-aħbarijiet internazzjonali din il-ġimgħa meta nstabu wara operazzjoni ntensiva f’ Chiang Rai, it-Tajlandja.
Dan ir-reġjun issa mistenni jkun milqut minn maltempata kbira, u b’kawża ta’ dan se jogħla l-livell tal-ilma fil-post fejn bħalissa jinsabu l-vittmi.
F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li fejn qabel il-ġlieda biex jinstabu l-vittimi kienet waħda kontra l-ħin, issa l-ġlieda hija waħda kontra l-ilma u l-elementi naturali.
Filmat ġdid qed juri lit-tnax-il tifel u l-kowċ tal-futbol tagħhom li nqabbdu f’għar fit-Tajlandja, jgħidu li jinsabu fi stat ta’ saħħa tajjeb.
Il-pulizija Tajlandiża sempliċiment immultat lix-xufiera li lejn l-aħħar tax-xahar li għadda tajret Malti ġo belt fit-Tajlandja. Alfred Balzan ta’ tmienja u sebgħin sena kien ġie ċċertifikat mejjet u bintu spjegat kif kienet esperjenza xokkanti hekk kif saret taf li x-xufiera irċeviet multa sempliċi talli saqet b’veloċità eċċessiva. L-anzjan Malti kien qed isuq mutur tat-tip Honda meta karozza Isuzu tajritu.Aqra aktar
Raġel Brittaniku li qabeż minn ajruplan bħala sport fit-Tajlandja f’Pattaya ma’ grupp ta’ ħbieb tilef ħajtu.
Iċ-Ċentru tal-qbiż minn ajruplani bħala sport sostnew li x’aktarx ir-raġel kellu attakk tal-qalb wara li qabeż minn fuq l-ajruplan.
Bone Bone, qattus sufi ħafna li jgħix it-Tajlandja u li tant hu sabiħ li kulħadd irid ritratt miegħu.
Għalkemm huwa qattus, Bone Bone għandu profil fuq Instagram, b’madwar 30,000 segwaċi minn madwar id-dinja.
L-avventuri tiegħu jikkonsistu f’mixjiet sal-park, jiddendel mas-siġar u hu jagħmel dan waqt li jġorr baskett isfar. Filwaqt li Bone Bone iħobb ħafna jippoża waqt li joħdulu r-ritratti, xi ħaġa li ma jħobbx hi min joqgħod imellsu.
Ara ftit mir-ritratti tiegħu hawn isfel.
Minn tal-inqas tnax-il persuni mietu u għadd ta’ villaġġi għerqu wara li maltemp kbir wassal għal għargħar fin-Nofsinhar tat-Tajlandja.
Send this to a friend