surplus – One News

Notifiki

Surplus ta’ €200 miljun fil-kont kurrenti wara bilanċ pożittiv fil-kummerċ

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena l-kont kurrenti ta’ Malta għamel surplus ta’ €200 miljun.

Il-kont kurrenti huwa il-bilanċ nett kummerċjali ta’ pajjiż u juri s-saħħa ekonomika ta’ pajjiż.

Skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO ntqal is-surplus fil-kont kurrenti żdied b’aktar minn €72 miljun meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra.

L-NSO spjega kif dan is-surplus kien dovut minn żieda fil-bilanċ ġej mill-kont tas-servizzi li ammonta għal ftit aktar minn  €857 miljun.

Dan apparti servizzi kummerċjali oħra li żiedu l-bilanċ tagħhom, fosthom dawk tat-trasport u l-ivvjaġġar.

Bejn Jannar u Marzu li għadda, il-kont kapitali ammonta għal €22,500,000.

L-assi tal-pajjiż ukoll żdiedu bi kważi €11-il miljun u ammontaw għal kważi €91 miljun.

L-NSO qalet li s-sitwazzjoni tjiebet ukoll b’investiment li ammonta għal kważi €2 biljun.

Din l-aħħar statistika turi s-saħħa ekonomika eżatt qabel faqqgħet il-pandemija f’pajjiżna u kif din baqgħet reżiljenti fl-eqqel tal-imxija.

Kieku ma sibtx id-dejn kont nagħmel surplus – Puli


Minkejja li fl-aħħar snin il-Partit Nazzjonalista ħoloq bosta skemi li jduru jew saħansitra jiksru l-liġi tal-finanzjament tal-partit fosthom l-iskema ċedoli, l-iskema tal-pagi mħallsa mill-privat u l-iskema tad-dħul li kellu minn fondi tal-Unjoni Ewropea, il-qagħda finanzjarja tiegħu baqgħet sejra mill-ħażin għall-agħar. Aqra aktar

Il-kaxxa ta’ Malta b’surplus ta’ €8 miljun


Mill-bidu tas-sena sal-aħħar ta’ Novembru, fil-kaxxa ta’ Malta ġie rreġistrat surplus ta’ €80 miljun.

Dan sostnieh l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika hekk kif fl-ewwel 11-il xahar ta’ din is-sena fil-kaxxa ta’ Malta daħlu €43 miljun aktar wara li fl-istess perjodu s-sena l-oħra kien hemm defiċit ta’ €35 miljun. Aqra aktar

Send this to a friend