surġent – One News

Notifiki

155-il kuntistabbli tal-Pulizija jsegwu kors għall-kariga ta’ surġent

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia żar l-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati fejn iltaqa’ mal-155 kuntistabbli li qegħdin isegwu kors għall-kariga ta’ Surġent fil-Korp tal-Pulizija. Il-kors huwa maqsum f’żewġ gruppi ta’ kuntistabbli. Preżenti għaż-żjara kien hemm il-Kap Kmandant għall-Korpi Dixxiplinati s-Sur Joseph Cachia u c-Chairman tal-Bord għall-Korpi Dixxiplinati l-Professur Raymond Mangion. Aqra aktar

Is-Surġent u s-Sindku dwar “pulizija ġodda” fil-Mellieħa

Erba’ pulizija jinsabu assenjati mal-komunità Mellieħija f’dak li hu t-tħaddim ta’ proġett pilota għall-pulizija fil-komunità.

Fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kien spjegat kif dan il-ħsieb hu part minn strateġija għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u b’dan il-mod l-pulizija jkunu aktar qrib iċ-ċittadini, filwaqt li fil-lokal jinħass sens ikbar ta’ sigurtà.

Is-Surġent Gabriella Gatt hija waħda mill-pulizija tal-komunità fil-Mellieħa. Aqra aktar

Simon Schembri jinħatar Surġent tal-Pulizija

L-Uffiċjal tal-Pulizija Simon Schembri nħatar fil-kariga ta’ surgent it-Tnejn waqt ċerimonja mmexxija mill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u l-Ministru Michael Farrugia.

Il-Ministru qal li ċ-ċerimonja tal-lum hi pass ieħor ’il quddiem fejn Simon Schembri ġie maħtur fil-kariga ta’ surġent. Schmebri ingħata din il-kariga minħabba l-ispirazzjoni u l-għaqda li rnexxielu jġib fil-Korp tal-Pulizija. Simon Schembri rnexxielu jwaqqaf ukoll fondazzjoni li tgħin lill-membri tal-korpi dixxiplinati meta jkollhom bżonn l-għajnuna. Kien l-ispirazzjoni wkoll biex il-gvern iħaffef il-miżura mħabbra fil-baġit u jdaħħal skema ta’ assigurazzjoni għall-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati kollha, li mistennija titwettaq din is-sena.

Il-Kummissarju Lawrence Cutajar fakkar li ċ-ċerimonja tat-Tnejn kienet waħda importanti għall-Korp tal-Pulizija, għax hi riżultat tax-xogħol li rnexxielu jikseb Simon Schembri wara l-inċident.

F’erba’ snin jinħatru 183 surġent ġdid

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, qal li f’dawn l-aħħar erba’ snin inħatru 183 surġent ġdid tal-pulizija. Huwa kien qed jindirizza lil 15-il kuntistabbli li llum it-Tnejn, 15 ta’ Mejju 2017, ħadu l-ħatra ta’ surġent flimkien ma’ kuntistabbli ieħor in absentia waqt ċerimonja fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana. Tlettax minnhom huma rġiel u t-tlieta l-oħra nisa.

Filwaqt li awgura lis-surġenti l-ġodda, il-Ministru Abela tkellem fuq ir-riforma li qed issir fil-Korp tal-Pulizija, fosthom b’tibdiliet fis-sistema amministrattiva kif ukoll b’investiment f’tagħmir tal-Informatika u ta’ xort’oħra. Barra minn hekk, qed issir enfasi speċjali fuq ir-riżorsa umana, b’ingaġġi ġodda, bi promozzjonijiet mistħoqqa, u bl-għoti ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ kontinwu. Dan kollu jwassal mhux biss biex jingħata servizz aħjar lill-pubbliku imma wkoll biex l-uffiċjali tal-pulizija jkollhom iċ-ċans li javvanzaw fil-karriera tagħhom. Huwa fakkar kif fl-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati, li nfetħet is-sena l-oħra, qed jingħata taħriġ mhux biss professjonali iżda wkoll akkreditat, biex b’hekk ikun ta’ siwi għall-pulizija li jirċevuh anki jekk dawn jiddeċiedu li jirtiraw mill-Korp wara l-25 sena servizz u jiġu biex ifittxu impjieg ieħor.

Aqra aktar

100 siegħa xogħol għal surġent li seraq €26,000

Adrian Lia, eks surġent tal-pulizija ġie ordnat jagħmel mitt siegħa xogħol fil-komunità wara li seraq iżjed minn €26,000 mid-Depot. Lia ta’ 42 sena minn San Ġwann instab ħati li fuq medda ta’ ħames snin bejn l-2006 u l-2011 seraq il-flus.

Għoxrin sena ilu huwa ngħata medalja tal-kuraġġ li wera meta salva bniedem mill-għarqa f’tas-Sliema iżda wara kienet ittieħditlu minħabba li sar magħruf li ma qalx sewwa l-fatti ta’ kif kienu ġraw l-affarijiet. B’rabta mal-każ ta’ serq t’eluf ta’ ewro, il-Qorti innutat li huwa rritorna lura s-somma li seraq u tpoġġa fuq probation għal tlett snin.

Surġent ferut wara sejba ta’ droga

Waqt ħidma li saret matul il-lejl mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ġew arrestati tmien persuni. Sebgħa persuni Maltin li l-eta` tagħhom tvajra bejn it-18 u s-36 sena, ġew arrestati f’diversi stabbilimenti f’San Ġiljan wara li nstabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kokaina.

Aqra aktar

Send this to a friend