Notifiki

Biex is-sagrifiċċji li għamilna ma jisfumawx fix-xejn

Illum, it-Tnejn, ir-raba’ jum ta’ Mejju tas-sena 2020. Huwa jum li se jitniżżel fl-istorja ta’ pajjiżna bħala l-jum li fih bdejna l-mixja lejn normalità ġdida wara li għal numru ta’ ġimgħat, ilkoll kemm aħna, konna nkwetati, konna mħassbin, minħabba l-mixja tal-COVID-19. Imma jkun żball kbir jekk naħsbu li m’għandniex għalfejn ninkwetaw iżjed. Kif tgħid ripetutament is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Charlmaine Gauci, il-virus għadu jdur magħna.  Aqra aktar

Ikkonfermati disa’ każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta u 13-il persuna oħra jfiqu

Fl-aħħar sigħat, feġġew disa’ każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna minn fost 1,071 test li saru.

Biex hekk it-total ta’ każijiet mis-7 ta’ Marzu, dakinhar li feġġ l-ewwel każ f’pajjiżna issa huwa ta’ 477. Aqra aktar

Grazzi kbira minn qiegħ qalbna

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charlmaine Gauci ilha issa gimgħat sħaħ, ta’ kuljum taġġornana dwar dak kollu li qiegħed jiġri f’pajjiżna fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Aqra aktar

Send this to a friend