Notifiki

L-età medja ta’ dawk infettati din il-ġimgħa hi ta’ kważi 39 sena… l-anzjani protetti bil-vaċċin – il-Prof. Gauci

Il-Professur Charmaine Gauci rrimarkat li l-età medja ta’ persuni li ħadu l-infezzjoni tal-Covid-19 din il-ġimgħa kienet ta’ 38.9 sena.

Xi ħaġa pożittiva li fi kliem is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, turi li l-anzjani u dawk l-aktar meqjusa vulnerabbli fis-soċjetà, qegħdin jiġu protetti bil-vaċċin.

Fl-aġġornament mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li n-numru ta’ każijiet fid-djar tal-anzjani qegħdin stabbli fid-dawl li l-maġġoranza tar-residenti u l-ħaddiema issa tlaqqmu.

Charmaine Gauci qalet li l-ikbar ammont ta’ każijiet trasmessi fl-aħħar ġimgħa, huma persuni mill-istess dar, attivitajiet soċjali u fuq il-post tax-xogħol.

DIRETT: Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Prof. Charmaine Gauci se tindirizza konferenza tal-aħbarijiet

Għall-ħabta tan-12:30, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tindirizza konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar dettalji dwar l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Il-ftuħ tal-iskejjel jgħin fit-tnaqqis tal-każijiet ta’ Covid-19 fil-komunità” – il-Prof. Gauci

Waqt l-aġġornament mediku ta’ kull ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet ukoll dwar il-ftuħ tal-iskejjel bil-miżuri kollha neċċessarji ta’ mitigazzjoni.

Il-Professur Gauci qalet li għall-awtoritajiet tas-saħħa, it-tagħlim edukattiv fl-iskejjel għandu jibqa’ għaddej.

Spjegat punt importanti li huwa li meta t-tfal jattendu l-iskola, dawn jikkontribwixxu fit-tnaqqis tal-każijiet ta’ Covid-19 fil-komunità.

Dan għaliex ikun hemm ċertu movimenti stabbli u konsistenti tan-nies u b’hekk it-tfal ma jkollhomx attivitajiet soċjali oħra.

Il-Professur Charmaine Gauci tat din l-ispjega ftit wara li l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, qalet li fi tmiem taħdidiet dalgħodu mal-Gvern kien hemm diskussjonijiet produttivi u tat indikazzjoni li fis-sigħat li ġejjin se jintlaħaq ftehim.

DIRETT: Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Prof. Charmaine Gauci se tindirizza konferenza tal-aħbarijiet

Għall-ħabta tan-12:30, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tindirizza konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar dettalji dwar l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna.Aqra aktar

Send this to a friend