stupru – Page 4 – One News

Notifiki

Mixli li stupra tifla ta’ 12-il sena

Żewġt irġiel Sirjani ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ żewġ ibniet taħt l-età u li kienu ġew irrapportati nieqsa minn djar ta’ tfal.

 Mustafa al Hmiedi ta’ 23 sena mill-Marsa u Fayiz Alkatiba ta’ 41 sena mill-Ħamrun li jaħdem fil-qasam tal-kostruzzjoni, wieġbu mhux ħajta li ħadu sehem f’attivitajiet sesswali ma’ minuri u li pprovaw jaggredixxu sesswalment lil bniet f’każijiet separati.

 Is-Sur Alkatib ġie akkużat li stupra tifla ta’ 12-il sena, li kkorrompiha u li ħa sehem f’attivitajiet sesswali magħha u ma’ tifla oħra ta’ 13-il sena.

Is-Sur Hmeidi ġie mixli li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ tifla ta’ 12-il sena, li għenha biex taħrab mid-dar tat-tfal u li wettaq reat waqt li kien b’sentenza sospiża. 

It-tifla ż-żgħira qalet lill-pulizija li kienet qed tgħix mas-Sur Alkatib u li kellha x’taqsam sesswalment miegħu.

 L-ispettur tal-Pulizija John Spiteri oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest. Qal li hemm riskju ċar li s-Sirjani setgħu jerġgħu jersqu lejn il-bniet. 

Qal li bosta drabi ż-żewġt ibniet spiċċaw jiġru fit-triq wara li jaħarbu mid-dar tat-tfal.

Huwa qal li t-tfal kienu xhieda vulnerabbli, anke minħabba l-fatt li t-tnejn li huma la għandhom ġenituri u lanqas familja. Qal li ħafna drabi kienu jispiċċaw fil-pjazza tar-raħal u jagħmlu kollox għall-flus. 

Il-Maġistrat Doreen Clarke ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taż-żewġ akkużati waqt li ordnat li isem it-tfal ma jixxandarx u lanqas isem l-istituzzoni li jgħixu fiha. 

Raġel mixli li stupra tifla

Raġel ta’ 62 sena ntbagħat fit-taqsima forensika tal-isptar monte carmeli wara li ġie mixli li stupra tifla taħt wara li offriela li tmur tgħix għandu minħabba li ommha u missierha keċċewha mid-dar.

Aqra aktar

Attakka lill-eks sieħba tiegħu

Raġel ammetta li agredixxa u anke attakka lill-eks sieħba tiegħu l-Ħadd li għadda. Quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca, Seajay Cardona ta’ ħamsa u għoxrin sena kien akkużat li kkawża ġrieħi ħfief fuq l-eks sieħba tiegħu, li heddidha u li anke kiser kundizzjonijiet imposti fuqu f’Diċembru li għadda.Aqra aktar

Seba’ snin ħabs talli stupra tifla

Il-Qorti tal-Appell qablet mal-ewwel Qorti f’sentenza ta’ ħabs li tat tliet snin ilu fil-konfront ta’ raġel li kien instab ħati t’akkużi ta’ stupru iżda li appella mis-sentenza.

Il-każ seħħ f’Diċembru tal-elfejn u ħamsa f’Ħaż-Żabbar, bit-tifla tirrakkonta li l-ħabib tal-familja kien ħadha waħedha f’garaxx u stupraha f’karozza.

L-akkużat appella mis-sentenza ta’ seba’ snin ħabs wara li argumenta li t-tifla ta’ ħdax –il sena tat verżjonijiet kunfliġenti.

Aqra aktar

Il-mewta ta’ tfajla Irlandiża tqajjem suspett – x’aktarx ġiet stuprata u maqtula

Danielle McLaughlin, Irlandiża ta’ 28, instabet mejta, b’feriti f’rasha u fuq wiċċha, ħdejn bajja turistika f’Goa.

Każ li l-Pulizija qed titratta bħala qtil, bl-awtopsja li saret mistennija tikkjarifika jekk il-mewt saritx kawża ta’ stupru.

Il-mara, li kellha ċittadinanza ta’ Irlandiża u Ingliża, u li kienet tgħix f’Liverpool, marret l-Indja b’passaport Ingliż.

Aqra aktar

Malti akkużat li stupra mara f’parkeġġ

Malti qed ikun akkużat bi stupru wara li allegatament abbuża sesswalment minn mara li għamel ħbieb magħha f’post tad-divertiment f’Birżebbuġa fis-sigħat bikrin tas-Sibt li għadda.

Ir-raġel qed ikun akkużat li kkawżalha ġrieħi ħfief u kif ukoll li wettaq atti indeċenti u mmorali f’post pubbliku.

Fil-Qorti ntqal kif ir-raġel li għandu 46 sena u hu residenti Birżebbuga, kien ilu lejl sħieħ barra meta mara barranija, iżda li tgħix fl-istess lokalità, ingħaqdet miegħu f’post tad-divertiment.

Aqra aktar

Send this to a friend