stupru – Page 2 – One News

Notifiki

“Ma kellix il-kuraġġ nitkellem”- it-tfajla ta’ 16-il sena ‘taħlef’ li kienet stuprata minn kuġinuha għal seba’ snin sħaħ

Tfajla ta’ 16-il sena ħalfet fil-Qorti li kienet qed tgħid il-verità dwar abbuż sesswali li allegatament sofriet minn kuġinuha għal seba’ snin sħaħ.

Hekk kif l-ewwel ġuri għal din is-sena daħal fit-tieni jum tiegħu, uġinuha, li llum għandu 25 sena, qed jaffaċċja akkużi ta’ abbuż sesswali u li pparteċipa f’atti sesswali ma’ kuġintu għal seba’ snin sħaħ, liema abbuż allegatament intemm madwar sentejn ilu.

Hekk kif kompla l-ġuri tul il-jum tat-Tlieta, it-tfajla insistiet li qatt ma gidbet dwar dan il-każ, u li hija mweġġa’ li hemm xi persuni li jitkellmu fuq l-abbuż mingħajr ma jikkunsidraw kliemhom sew. Skont hi, dawn in-nies ma jafux x’jiġifieri l-veru abbuż.Aqra aktar

Mixli li stupra lill-eks martu lejlet il-Milied

Libjan li tressaq il-Qorti b’akkuża li stupra lill-eks martu, li tiġi wkoll omm uliedu, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u kellu mposti fuqu ordnijiet stretti mill-Qorti. Il-każ allegatament seħħ f’appartament f’Tas-Sliema lejlet il-Milied.

Fil-Qorti xehed l-Ispettur John Spiteri, li qal li meta l-Pulizija tkellmet mal-akkużat fuq ir-rapport tal-mara, mar wara l-bieb ta’ darha u beda’ jipprova jċemplilha. Fil-Qorti ntqal ukoll li l-akkużat prova jkellem lil xi persuni li mistennija jixhdu fil-każ, u kien qed jippjana biex jitlaq minn Malta.Aqra aktar

Qalet li s-sieħeb stupraha għax beżgħet li jieħdulha lill-iżgħar wild tagħha

Omm ta’ ħamest itfal li ammettiet li għamlet rapport falz ta’ stupru fil-konfront tas-sieħeb tagħha, ingħatat sentenza sospiża ta’ ħabs mill-Qorti. Bianca Hoyer, li għandha 33 sena u hija mill-Ġermanja, tressqet il-Qorti l-Erbgħa, fejn kienet akkużata li għamlet rapport falz fil-konfront tas-sieħeb tagħha, li huwa wkoll Ġermaniż, minkejja li kienet ċerta li hu kien innoċenti.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Gwardjan tal-ħabs li abbuża tifla ta’ 15-il sena ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest

Joseph Zammit ta’ 52 sena, u li hu Gwardjan tal-Ħabs, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li stupra tfajla ta’ 15-il sena u abbuża sesswalment tfajla oħra tal-istess età. Huwa ġie mixli li wettaq dawn l-abbużi bejn Lulju u Ottubru li għadda, waqt li t-tfajliet kienu arrestati fil-ħabs tal-Imtaħleb magħruf bħala l-YOURS.Aqra aktar

Ma jinstabx ħati li stupra lil oħtu ta’ 12-il sena

Raġel li żmien ilu ma nstabx ħati li stupra lil oħtu 12-il sena ilu, kellu s-sentenza tiegħu ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell aktar kmieni llum.

Ir-raġel, li issa għandu 31 sena, kien akkużat li fl-2006 stupra b’mod vjolenti lill-oħtu, li dak iż-żmien kellha biss 12-il sena, li żamma kontra r-rieda tagħha, u li ffastidja lil ħutu bniet ta’ 12 u 17-il sena, rispettivament.

L-akkużat ma nstabtx ħati ta’ dan kollu fl-2013, u l-Avukat Ġenerali appella mis-sentenza għaliex qal li l-ewwel Qorti m’għamlitx stħarriġ xieraq tal-fatti, hekk kif għażlet li ma tagħtix l-importanza xierqa lix-xhieda tal-minuri minħabba inkonsistenzi.Aqra aktar

Send this to a friend