stupru – One News

Notifiki

Eżorċista jixhed f’każ dwar stupru

F’każ mhux tas-soltu, eżorċista deher quddiem il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia sabiex jixhed f’każ li fih żagħżugħ ta’ 18–il sena minn Bormla qed jiġi akkużat li strupra lill-omm it-tfajla fost oħrajn f’dawk deskritti bħala abbużi sesswali marbuta mas-sataniżmu.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat wara li allegatament stupra tfajla wara l-ewwel ‘date’.

Tyson Grech, ta’ 23 sena u jogħod l-Isla, ma ngħatax il-helsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkuzat li stupra tfajla. L-ispettur Eman Hayman li qed imexxi l-prosekuzzjoni rrakonta kif fis-16 ta’ Awissu t-tfajla għamlet rapport li wara li marret fuq date u xorbot l-inbid hu kien stupraha, madankollu riedet biss tagħmel it-testijiet u mhux rapport formali. Aqra aktar

Chris Brown jinħeles minn akkużi ta’ stupru

Il-kantant Amerikan Chris Brown inħeles mill-arrest f’Pariġi wara li kien spiċċa arrestat fuq suspett ta’ stupru. Il-Pulizija arrestawh fil-kapitali Franċiża wara li mara ta’ 24 sena allegat li Brown stupraha. Miegħu ġew arrestati żewġt irġiel oħra li kienu kompliċi fl-istupru.

Huwa baqa’ jinsisti li dawn l-allegazzjonijiet mhux minnhom.

“Jista’ jkun li t-tfajla qalet li kienet stuprata minn kuġinuha għax kienet tgħir”

Hekk kif kompla l-ewwel ġuri għal din is-sena, fil-Qorti ntqal kif jista’ jkun li l-għira kienet ir-raġuni għalfejn it-tfajla li llum għandha 16-il sena, qalet li kienet stuprata minn kuġinuha għal għaxar snin sħaħ. Fost argumenti oħra li qajjem l-avukat difensur, kien hemm dak li t-tfajla kellha ossessjoni fuq kuġinuha, u għalhekk, għamlet li għamlet.

Min-naħa l-oħra, il-prosekuzzjoni qed issaħħaħ l-argumenti tagħha fuq il-konsistenza tat-tfajla, u l-fatt li ammettiet li kienet hi li f’okkażjoni minnhom għamlet avvanzi sesswali fuq kuġinuha. Dan tal-aħħar qiegħed kontinwament jiċħad l-akkużi ta’ stupru.Aqra aktar

Send this to a friend