Notifiki

Min kien jieħu d-droga qabel il-pandemija baqa’ jeħodha mid-dar u jixtriha online – studju dwar l-użu tad-droga fl-2020

Min kien jagħmel użu mid-droga qabel il-pandemija, xorta baqa’ jeħodha mid-dar anki meta bdiet l-imxija f’pajjiżna u ħafna bdew jixtru s-sustanzi minn fuq l-internet biex tasal bil-posta.

Dan ħareġ minn studju li sar dwar l-impatt tal-pandemija fuq il-provvista u s-servizzi tad-droga f’pajjiżna, li ġie ppubblikat il-Ġimgħa filgħodu flimkien mar-rapport nazzjonali tad-droga għas-snin 2018 u 2019, u sommarju fuq il-problemi primarji.Aqra aktar

Jitnieda studju biex persuni b’diżabilità jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar fuq il-post tax-xogħol

Bil-għan li jkun hemm stampa ċara tal-persuni b’diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol, tnieda studju mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà immirat għal inklużjoni sħiħa fuq il-post tax-xogħol.

F’din ir-riċerka ħadu sehem tliet mija u sitta u tletin persuna b’diżabbiltà kif ukoll tnejn u ħamsin persuna li jħaddmu.

Il-Ministru għall-Inklużjoni spjegat li tfasslu wkoll linji gwida għal min iħaddem biex ikunu jistgħu jidentifikaw għajnuniet meħtieġa għall-persuni b’diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol.

Aqra aktar

90% tal-istudenti tal-ICT fl-MCAST isibu xogħol fil-linja tagħhom

Aktar minn 90% tal-istudenti tal-Inġinerija u l-ICT li gradwaw mill-Kulleġġ Malti għax-Xjenza, l-Arti u t-Teknoloġija sabu impjieg full-time bil-maġġoranza assoluta issa qed jaħdmu f’qasam relatat mal-kors li studjaw fih.Aqra aktar

Studju jisħaq fuq l-importanza ta’ bilanċ bejn l-ekonomija u s-saħħa

Studju dwar l-impatt tal-imxija saħaq dwar l-importanza li jintlaħaq bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija.  Dan hekk kif jekk wieħed ma jilħaqx dan il-bilanċ, ir-riperkussjonijiet fuq is-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna fost l-oħrajn jistgħu ikunu devastanti. Aqra aktar

Studju nazzjonali dwar is-saħħa mentali tat-tfal


11,000  tifel u tifla minn 30 skola differenti minn madwar il-gżejjer Maltin qed jipparteċipaw fi studju nazzjonali dwar is-saħħa mentali tagħhom.

Rosemarie Sacco li hija tabiba li tispeċjalizza fil-psikjatrija spjegat kif dan l-istudju tal-Assoċjazzjoni tas-saħħa mentali tat-tfal u adoloxxenti huwa importanti għax se jkun qed jagħti stampa aktar ċara dwar problemi ta’ saħħa mentali fit-tfal u adoloxxenti f’pajjiżna “Dan huwa studju fejn bih se nkunu nafu n-numru ta’ tfal li jbatu minn ċertu kundizzjonijiet bħall-ADHD, awtiżmu, ansjetà, depressjoni, problemi ta’ drogi, xorb, social meida u ħafna affarijiet. Huwa importanti għax minnu nistgħu niddeterminaw x’tip ta’ servizzi għandna bżonn biex ngħinu lil dawn it-tfal u żgħażagħ Maltin”Aqra aktar

Send this to a friend