studenti – Page 7 – One News

Notifiki

330 student tal-ICT b’xogħol imħallas għas-Sajf

Għad-disa darba l-MITA se tkun qed tgħati l-opportunita’ lil mijiet ta’ studenti fl-ICT sabiex jiħdu esperjenza ta’ xogħol fis-settur waqt il-vaganzi tas-Sajf permezz ta’ Student Placement Programme. 

Waqt attivita’ organizzata għall-istudenti, s-Segretarju Parlamentari Għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, l-Onor. Silvio Schembri ħabbar li din is-sena 329 student se jkunu qegħin jingħataw opportunita’ ta’ xogħol ma’ entitajiet tal-Gvern kif ukoll kumpaniji privati.

Aqra aktar

FILMAT: L-istudenti b’deċiżjoni importanti għall-futur tagħhom

Wara l-eċitament u t-tensjoni matul l-eżamijiet tal-o-levels u waqt l-istennija għar-riżultati issa l-istudenti għandhom quddiemhom deċiżjoni importanti – dik li se tiddetermina fejn se jkomplu l-istudji tagħhom. Deċiżjoni li llum ġew aktar infurmati dwarha fl-Università ta’ Malta hekk kif saru sessjonijiet ta’ tagħrif għal studenti prospettivi tal-Junior College.

Aqra aktar

Ġenji żgħar Maltin u Matematiċi!

Kienet prestazzjoni eċċellenti dik ta’ studenti Maltin fil-logħob internazzjonali tal-matematika.

L-istudenti marru tajjeb immens fl-ewwel parteċipazzjoni tar-raba’ tournament internazzjonali, fejn irnexxielhom jirbħu pożizzjonijiet għoljin minkejja l-kompetizzjoni qawwija.Aqra aktar

604 student assenti b’mod regolari

Fi tweġiba parlamentari li ta l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, intqal li b’kollox kien hemm 604 studenti li fallew l-iskola b’mod regolari u mingħajr awtorizzazzjoni.

Fost il-miżuri li qed jittieħdu hemm dak ta’ moniteraġġ aħjar tal-attendenza, il-ġbir ta’ iktar tagħrif u iktar għarfien mill-prinċipali tal-iskejjel.

Iżda hemm ukoll pjan t’ azzjoni li ttieħed biex ikun indirizzat l-assenteiżmu, li minnu nnifsu wassal għal ħolqien ta’ numru ta’ programmi, li l-iskop tagħhom kien biex l-istudenti ma jintilfux mid-dinja akkademika.

Id-Direttur tas-Servizzi tal-Appoġġ fl-Iskejjel Nazzjonali Sandra Cortis irrimarkat kif apparti l-programmi, sar emfasi wkoll fuq is-servizzi neushom.

Aqra aktar

Proġetti impressjonanti mill-istudenti tal-MCAST

Kollox beda minn hawnhekk. It all starts here.

Dan it-titlu tal-festival tal-istudenti tal-Kulleġġ Malti għall-arti , xjenza u t-teknoloġija, li tliet snin ilu bdew jistudjaw oqsma differenti tal-media f’dan il-kulleġġ.

Tliet snin wara, b’dak li kisbu mit-tagħlim, wettqu proġetti innovativi bl-użu tat-teknoloġija. Proġetti li ħadmu fuqhom bħala parti mit-teżi sabiex fix-xhur li ġejjin iwettqu l-ħolma tagħhom u jiggradwaw.

Wieħed minn dawn il-proġetti huwa l-ħolqien u l-esplorazzjoni ta’ ambjent virtwali. Aktar minn hekk, permezz tal-virtual reality headset – individwu jista jkun l-protagonist ta’ din ir-realtà. Thomas Abela student tal-media interattiva u graphic design spjegalna aktar dwar il-proġett tiegħu.

Aqra aktar

Il-PN biegħu s-sigurtà tat-tfal tal-iskola

  • Biex iraħħsu l-prezz neħħew l-obbligu li kull vettura jkollha ċ-ċintorini tas-sigurtà għall-passiġġieri kollha
  • Proċess tax-xiri beda xahar qabel bdiet l-iskola
  • Dgħufija tal-Ministeru waslet għal telf sinifikanti fil-valur tas-servizz
  • Addottaw mezz aktar mgħaġġel u anqas kompettitiv fl-għażla tat-tender

Il-kuntratt li sar fl-2011 għas-servizz tat-trasport tal-iskejjel bejn Gvern Nazzjonalista u ħames operaturi tat-trasport ġie kkritikat mill-Awditur Ġenerali dan minħabba nuqqas ta’ governanza tajba.

Fil-fatt, ir-rapport jinnota li biex amministrazzjoni preċedenti tnaqqas il-prezz li kien rikjest oriġinarjament mill-kuntratturi saħansitra tneħħa l-obbligu li kull vettura tkun mgħammra b’ċintorini tas-sigurtà għall-passiġġieri kollha. L-Awditur qal li “dan kien sproporzjonat meta mqabbel mat-tnaqqis marġinali fil-prezz kollettiv ta’ 4%.”

Aqra aktar

Favur l-inklużjoni fl-iskejjel

It-tfal mhux kollha l-istess, u għaldaqstant huwa importanti li l-iskejjel jippjanaw programmi apposta ta’ tagħlim. Saħqet dan il-membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, li fl-aħħar snin ikkampanjat dwar dan.

Kampanja li flimkien ma’ persuni oħra wasslet biex f’Marzu li għadda l-Università aġġornat ir-rekwiżiti tagħha biex tirrifletti l-ħtiġiejiet tal-istudenti b’diffikultajiet fit-tagħlim.

Aqra aktar

Teżijiet imsarrfa f’wirja ta’ proġetti innovattivi

Fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla ser titella’ esebizzjoni ta’ proġetti innovattivi li saru waqt it-teżijiet tal-istudenti tal-fakultà tal-inġinerija fl-Università ta’ Malta. Esebizzjoni bi proġetti li jistgħu jitħaddmu fil-prattika u jissarrfu f’benefiċċju għal min jagħmel użu minnhom.

Aqra aktar

Malta tispikka fil-qasam edukattiv

 

Malta klassifikat fit-tieni  post ta’ rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-qagħda edukattiva f’wieħed u erbgħin pajjiż meqjusa bħala sinjuri jew b’saħħa finanzjarja medja.

Minn dan ir-rapport, ippubblikat mill-organizazzjoni fi ħdan in-Nazzjonijiet Maqgħuda li tiffoka fuq it-tfal, il-UNICEF, jirriżulta li hija biss il-Fillandja li kisbet riżultat aħjar minn Malta f’dik li hi kwalità tal-edukazzjoni.

Aqra aktar

Aktar opportunitajiet ta’ boroż ta’ studju

Il-Gvern qed ikompli jinvesti f’aktar boroz ta’ studju, sabiex aktar persuni ikomplu jingħataw għajnuna finanzjarja biex jitħarġu f’livell ta’ Masters u Dottorat.

Il-Gvern qed jinvesti aktar minn żewġ miljun u sitt mitt elf ewro parzjalment minn fondi ewropej. L-applikazzjonijiet se jgħalqu fil-tlieta ta’ lulju, fejn sa issa diġa applikaw mat-tliet mitt persuna.

Aqra aktar

Send this to a friend