studenti – Page 17 – One News

Notifiki

L-Alternattiva temmen li l-iskejjel għandhom ikunu aktar kapaċi jiddeċiedu għalihom

Fil-bidu ta’ sena skolastika ġdida, il-kelliem għall-edukazzjoni ta’ Alternttiva Demokratika, Mario Mallia radd ħajr lil kull min ħadem biex l-iskejjel ikunu lesti u akkoljenti biex jilqgħu l-istudenti illum.

Tenna l-awgurju għall-sforz li qed isir biex l-iskejjel ikomplu jkunu għajn ta’ riflessjoni u azzjoni permezz ta’ bini ta’ komunitajiet ta’ tagħlim. “Huwa permezz ta’ dawn il-komunitajiet li tkun possibbli edukazzjoni iktar inklussiva li tindokra kull tifla u tifel”, tenna jgħid Mallia.

Aqra aktar

Tista’ tikteb waqt dawk il-ħames minuti!

L-istudenti Univeristarji issa se jkollhom l-opportunità li waqt il-ħames minuti ta’ qari li jkun hemm qabel jibda’ eżami, jiktbu noti ta’ ippjanar. S’issa, waqt dawn il-ħames minuti, wieħed seta’ biss jaqra l-mistoqsijiet jew jara l-karta tal-eżami u jippjana mentalment.

Deċiżjoni li aktarx tinżel tajjeb ħafna m’għadd ta’ studenti, hekk kif f’dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi lmenti li l-qari ta’ qabel l-eżami kien qed iservi aktar ta’ deni milli ġid.  Ħin ta’ silenzju fejn wieħed ma jista’ jagħmel xejn kien qed jgħin sabiex jiżdied il-livell ta’ stress qabel l-eżami.

 

Ftehim ġdid biex aktar studenti jkunu preparati għad-dinja tax-xogħol

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol laħaq ftehim mal-GRTU dwar il-programm edukattiv GEM16+.

Bis-saħħa ta’ dan ftehim, studenti li qed jitħejjew għas-SEC u jattendu l-programm se jkunu jistgħu jgħaddu minn esperjenza ta’ xogħol  skont il-ħiliet u l-ħajriet tagħhom.

Il-programm joffri ukoll preparazzjoni lill-istudenti għall-eżamijiet ta’ SEC fil-Malti, l-Ingliz, il-Matematika, il-Fiżika u l-ECDL.

Paul Abela mill-GRTU saħaq li r-riżorsa umana trid tirrispondi għall-tkabbir ekonomiku li għandha Malta. Għaldaqstant il-programm se joffri preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol lill-istudenti.
Il-Ministru ghall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dan il-programm huwa ta’ ġid għall-istudenti.

Aqra aktar

L-Air Malta b’offerta esklussiva għall-istudenti

L-Air Malta nediet offerta esklussiva għall-istudenti li attwalment qegħdin isegwu programm edukattiv full-time f’Malta jew barra minn Malta.

Bħala parti mill-kampanja tagħha “We Care More”, il-linja tal-ajru issa qiegħda toffri allowance bla ħlas ta’ piż żejjed ta’ 20kg fuq il-bagalji checked-in speċifikament għallistudenti. Għalhekk, permezz ta’ din l-offerta, l-Air Malta qed tagħti lill-istudenti totali ta’ 50kg ta’ bagalji b’xejn, anke meta jivvjaġġaw fuq l-irħas nollijiet tagħha.

Fi stqarrija l-Air Malta qalet li tixtieq li l-istudenti jkollhom l-aħjar għażla ta’ vvjaġġar meta jużaw is-servizzi tagħha. Il-linja tal-ajru tifhem li xi studenti jkollhom bżonn isiefru b’ħafna bagalji bħala parti mill-istudji tagħhom, u permezz ta’ din l-offerta, l-Air Malta qiegħda tiżgura li l-istudenti jesperjenzaw vjaġġ mingħajr stress u mingħajr problemi meta jużaw is-servizzi tagħha.

Aqra aktar

Aħbar tajba għall-gradwati Maltin

L-istudenti qed jesperjenzaw u jgawdu mill-ekonomija b’saħħitha ta’ pajjiżna. Dan jidher biċ-ċar minn statistika li ħarġet il-Eurostat, li b’ persentaġġ ta’ 97%, jirriżulta li Malta huwa l-aktar pajjiż Ewropej li fih studenti gradwati qed isibu impjieg.

Aqra aktar

Ta’ Barts japplikaw biex jibnu

Fl-aħbar ewlenija fil-gazzetti tal-Ħadd, il-gazzetta KullĦadd żvelat kif fost l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp li daħlu fl-aħħar jiem għand l-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm dik li se tara l-ftuħ tal-iskola medika f’Għawdex u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda bħala parti mill-proġett ta’ Barts.

Wara xhur ta’ ppjanar, testijiet fuq l-art u diskussjonijiet mal- istess Awtorità, l-investituri kienu f’pożizzjoni li jissottomettu l-pjan tagħhom għall-approvazzjoni tal- Awtorità tal-Ippjanar, li min- naħa tagħha issa tkun qed tevalwaha.

Aqra aktar

Send this to a friend