studenti – Page 16 – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru waqt Freshers’ Week

Mużika u spettaklu, min iqassam xi fuljett, min jitkellem ma’ sħabu, u min idur mal-istands. L-Università ta’ Malta reġgħet ħadet il-ħajja!

Mijiet ta’ studenti mlew iċ-ċentru tal-Università ta’ Malta.

Dalgħodu ltaqa’ mal-istudenti l-Prim Ministru Joseph Muscat, li ghalkemm mhux bi ħsiebu jiehu kors fl-Universita bħalissa, waqaf jitkellem ma’ numru ta’ studenti li jinsabu mal-istands armati.

Aqra aktar

Ma jridux li l-istudenti jfittxu ‘xogħol’…

Mhux xogħol, imma karriera.

Din hi l-mentalità li qiegħdin jipprovaw inisslu l-edukaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis dalgħodu żar il-Freshers Week. Akkumpanjat mid-Direttur Eżekuttiv Pierre Fenech, ltaqa’ mad-diversi persuni li kienu lesti biex jigwidaw lill-istudenti fid-diffikultajiet tagħhom.

Aqra aktar

Joħorġu r-riżultati

Fi stqarrija l-bord ta’ eżaminaturi tal-MATSEC ħabbar li r-riżultati tal-eżamijiet tal-matrikola ħarġu illum u r-riżultati tal-eżemijiet tas-SEC ħarġu lbieraħ.

Sostniet li d-data miftiegħma għall-pubblikazzjoni tar-riżultati ilha tintlaħaq b’mod konsistenti mill-1994.

Ir-resits ta’ Settembru jippermettu lill-istudenti l-opportunità li jgħaddu mill-ezami. Dawk li japplikaw għaċ-ċertifikat tal-Matrikola jkollhom opportunità wkoll itejbu r-riżultati tagħhom.

Aqra aktar

Studenti fuq ix-xwiek jistennew ir-riżultat tar-resit

L-istudenti li reġgħu poġġew għall-eżamijiet f’livell Avvanzat u Intermedju huma rrabjati hekk kif għadhom qed jistennew ir-riżultati. Numru ta’ studenti ikkumentaw dwar il-fatt li huma għadhom ma jafux x’ser ikun il-futur tagħhom u jekk hux ser jidħlu u jkomplu jistudjaw fl-Universita’ ta’ Malta.
Aqra aktar

L-Alternattiva temmen li l-iskejjel għandhom ikunu aktar kapaċi jiddeċiedu għalihom

Fil-bidu ta’ sena skolastika ġdida, il-kelliem għall-edukazzjoni ta’ Alternttiva Demokratika, Mario Mallia radd ħajr lil kull min ħadem biex l-iskejjel ikunu lesti u akkoljenti biex jilqgħu l-istudenti illum.

Tenna l-awgurju għall-sforz li qed isir biex l-iskejjel ikomplu jkunu għajn ta’ riflessjoni u azzjoni permezz ta’ bini ta’ komunitajiet ta’ tagħlim. “Huwa permezz ta’ dawn il-komunitajiet li tkun possibbli edukazzjoni iktar inklussiva li tindokra kull tifla u tifel”, tenna jgħid Mallia.

Aqra aktar

Tista’ tikteb waqt dawk il-ħames minuti!

L-istudenti Univeristarji issa se jkollhom l-opportunità li waqt il-ħames minuti ta’ qari li jkun hemm qabel jibda’ eżami, jiktbu noti ta’ ippjanar. S’issa, waqt dawn il-ħames minuti, wieħed seta’ biss jaqra l-mistoqsijiet jew jara l-karta tal-eżami u jippjana mentalment.

Deċiżjoni li aktarx tinżel tajjeb ħafna m’għadd ta’ studenti, hekk kif f’dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi lmenti li l-qari ta’ qabel l-eżami kien qed iservi aktar ta’ deni milli ġid.  Ħin ta’ silenzju fejn wieħed ma jista’ jagħmel xejn kien qed jgħin sabiex jiżdied il-livell ta’ stress qabel l-eżami.

 

Ftehim ġdid biex aktar studenti jkunu preparati għad-dinja tax-xogħol

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol laħaq ftehim mal-GRTU dwar il-programm edukattiv GEM16+.

Bis-saħħa ta’ dan ftehim, studenti li qed jitħejjew għas-SEC u jattendu l-programm se jkunu jistgħu jgħaddu minn esperjenza ta’ xogħol  skont il-ħiliet u l-ħajriet tagħhom.

Il-programm joffri ukoll preparazzjoni lill-istudenti għall-eżamijiet ta’ SEC fil-Malti, l-Ingliz, il-Matematika, il-Fiżika u l-ECDL.

Paul Abela mill-GRTU saħaq li r-riżorsa umana trid tirrispondi għall-tkabbir ekonomiku li għandha Malta. Għaldaqstant il-programm se joffri preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol lill-istudenti.
Il-Ministru ghall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dan il-programm huwa ta’ ġid għall-istudenti.

Aqra aktar

L-Air Malta b’offerta esklussiva għall-istudenti

L-Air Malta nediet offerta esklussiva għall-istudenti li attwalment qegħdin isegwu programm edukattiv full-time f’Malta jew barra minn Malta.

Bħala parti mill-kampanja tagħha “We Care More”, il-linja tal-ajru issa qiegħda toffri allowance bla ħlas ta’ piż żejjed ta’ 20kg fuq il-bagalji checked-in speċifikament għallistudenti. Għalhekk, permezz ta’ din l-offerta, l-Air Malta qed tagħti lill-istudenti totali ta’ 50kg ta’ bagalji b’xejn, anke meta jivvjaġġaw fuq l-irħas nollijiet tagħha.

Fi stqarrija l-Air Malta qalet li tixtieq li l-istudenti jkollhom l-aħjar għażla ta’ vvjaġġar meta jużaw is-servizzi tagħha. Il-linja tal-ajru tifhem li xi studenti jkollhom bżonn isiefru b’ħafna bagalji bħala parti mill-istudji tagħhom, u permezz ta’ din l-offerta, l-Air Malta qiegħda tiżgura li l-istudenti jesperjenzaw vjaġġ mingħajr stress u mingħajr problemi meta jużaw is-servizzi tagħha.

Aqra aktar

Send this to a friend