studenti – Page 15 – One News

Notifiki

226 student bl-awtiżmu b’għajnuna diversa fl-iskejjel

Kienu 226 student, li fl-2015 ingħataw l-assistenza neċċessarja fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna.

Dan qalu fi tweġiba Parlamentari l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo. Huwa spjega li hemm diversi servizzi ta’ għajnuna li joffri spazzju edukattiv għal studenti li għandhom l-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Aqra aktar

Aktar studenti jagħżlu l-MCAST

Aktar minn 6,700 student qed isegwu kors full-time f’wieħed mit-tliet kulleġġi tal-MCAST. Dan ifisser żieda ta’ 2% meta kkumparat mas-sena akkademika tas-sena 2015. Kienu 3,260 li applikaw biex isegwu kors l-MCAST din is-sena.
Aqra aktar

Aktar faċilitajiet għal studenti tal-agrikoltura fl-MCAST

Iffirmat memorandum of understanding bejn l-MCAST u l-Għammieri dwar l-użu tal-faċilitajiet fiċ-Ċentru tar-Riċerka tal-Għammieri u l-proġetti marbuta mar-riċerka agrikola. Dan l-iffirmar se jwassal biex aktar studenti tal-MCAST jagħmlu użu aħjar mill-faċilitajiet tal-agrikoltura.
Aqra aktar

Taf min hu dan?

Din hija l-ewwel sena skolastika għall-Universita’ ta’ Malta taħt it-tmexxija tar-Rettur Profs. Alfred Vella. Iżda jidher li mhux l-istudenti kollha jafu b’din il-bidla, hekk kif ONE NEWS kellu reazzjonijiet differenti meta urejnihom ritratt tar-Rettur.

Aqra aktar

Pulse jaħdmu biex studenti li għandhom bżonn l-għajnuna, aktar isibuha

Wara xhur ta’ tħejjija u ta’ konsultazzjoni, l-għaqda studenteska Pulse nediet “The Student Fund” – proġett li joffri tama u għajnuna lil studenti fl-Università u Sixth Form li qed isofru minħabba inġustizzji soċjali.

Pulse tixtieq li tisfrutta l-potenzjal u l-enerġija żagħżugħa tal-membri tagħha sabiex tagħmel differenza siniffikanti fil-ħajja ta’ dawk li huma anqas ixxurtjati u finanzjarjament ristretti.

pulse-1Jemmnu li s-sistema nnifisha għandha tinkoraġġixxi li wieħed ifittex u jsib l-għajnna meta jkun fil-bżonn.  Il-President Wayne Sammut qal li dan se jkun proġett kontinwu u mhux ħaġa ta’ darba, biex verament ikun hemm għajnuna lil dawn il-każijiet li mhux dejjem joħorġu fil-beraħ.

Ma’ one.com.mt Sammut stqarr li ‘l quddiem se jkunu qed juru iżjed biċ-ċar kif se jibdew jinġabru flus għall-studenti li għandhom bżonn iżjed għajnuna biex jirnexxu f’ħajjithom.

Żied jgħid “nemmnu li kulħadd ħaqqu l-aqwa edukazzjoni possibbli u għalkemm ċerti li diġa’ qed isir hafna xogħol favur l-istudenti, sfortunatament hemm min l-istipendju u s-supplementary grant xorta waħda mhux biżżejjed għalih. U dawk huma n-nies li ser inkunu qed ngħinu, permezz ta’ board mill-MCCF u  l-flus li se jinġabru minn avvenimenti ta’ ġbir ta’ flus, fost oħrajn”.

L-MCCF infatti se jkollha board professjonali b’social workers u bħal ma jiġu mqassma l-fondi li jinġabru fl-Istrina, se jiżguraw li jekk student għandu kawża ġusta u ma jistax jixtri affarijiet li jgħinuh fl-edukazzjoni, jingħata l-għajnuna.

Aqra aktar

Send this to a friend