stqarrija – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Bernard Grech jattakka l-kundanna tal-PE għall-korruzzjoni fil-Bulgarija – Il-PL

“Jekk kien hemm bżonn ta’ konferma dwar kemm il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ kburi b’pajjiżi oħra, u jistħi minn Malta, din ingħatat illum minn Bernard Grech.” Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.Aqra aktar

Delia mhux kredibbli jitkellem dwar l-inkjesti – Il-PL

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni l-inqas wieħed li jista’ jitkellem dwar inkjesti għax dejjem beża’ li jkun hemm waħda dwaru minkejja l-allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu. Fil-fatt, meta għada jkun qed jipprotesta għandu jiftakar li dawk li se jkun spalla ma’ spalla magħhom kemm-il darba talbu r-riżenja tiegħu nkluż minħabba dan il-fatt. Aqra aktar

Il-prezzijiet f’Malta tal-petrol u d-diesel xorta waħda baqgħu rħas mill-medja Ewropea

B’reazzjoni għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista qal li  apparti li l-Oppożizzjoni qed tipprova tqarraq meta tgħid li l-Gvern ma riedx jiddiskuti fl-MCESD, meta jaf li d-diskussjonijiet li jsiru huma pregorattiva tal-istess MCESD, u aktar minn hekk li l-Gvern qatt ma ddejjaq li jiddiskuti, l-istess Oppożizzjoni m’għandha l-ebda kredibilità li ssemmi dan is-suġġett meta għabbiet tant piżijiet fuq il-poplu meta kienet fil-Gvern. Aqra aktar

‘Delia mdejjaq bis-suċċess’- il-PL

Id-diskors negattiv tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu huwa diskors ta’ bniedem imdejjaq bil-fatt li l-ikbar vittma tas-suċċess li kiseb il-pajjiż huwa l-Partit Nazzjonalista li hu ried jibdel, iżda minflok spiċċa biex bidel lilu.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija b’reazzjoni għad-diskors li ta l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia l-Ħadd filgħodu fl-Imsida.

“Ibbuljar, fastidju, jew diskriminazzjoni fil-konfront tat-tfal qatt mhu aċċettabbli”-L-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

“Huwa dmir tal-ġenitur jew ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal, l-edukaturi, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-adulti kollha li huma importanti fil-ħajja tat-tfal li jiżguraw li t-tfal kollha, inklużi t-tfal tal-politiċi, huma protetti minn kull forma ta’ bbuljar, fastidju jew diskriminazzjoni”. Dan qalu l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi stqarrija dwar il-ħarsien ta’ tfal ta’ persuni pubbliċi.

L-isqarrija tagħmilha ċara li bbuljar u fastidju fuq it-tfal, qatt mhu aċċettabbli, u li l-adulti għandhom jagħtu eżempju biex it-tfal jirrispettaw lil ta’ madwarhom anke jekk ma jaqblux magħhom. Aqra aktar

Delia jċedi u jagħmel tiegħu l-gidba dwar Egrant – Il-PL

Adrian Delia ċeda għat-talbiet tal-establishment u spiċċa rtira t-talba li għamel lid-deputat Simon Busuttil biex jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li b’dan il-pass Adrian Delia issa għamel tiegħu ukoll il-gidba dwar Egrant u mil-lum ‘il quddiem anke hu għandu xi jwieġeb dwar dan il-frame up.  Aqra aktar

Send this to a friend