stokkolma – One News

Splużjoni fi Stokkolma

 Żewg persuni ndarbu wara splużjoni barra stazzjon tal-metro fi Stokkolma. Il-Pulizija tal-pajjiż qalu li x’aktarx, raġel ta’ madwar 60 sena weġġa’ malli ġabar oġġett mill-art u dan sploda bil-konsegwenza li weġġgħetu serjament. Ir-raġel ittieħed l-isptar. Kelliema għall-pulizija tal-pajjiż sostnew li ma hemm l-ebda raġuni li dan jitqies bħala attakk terroristiku.

AĠĠORNAT: Kien se jiġi deportat u jissimpatizza mal-ISIS

Is-suspettat wara l-attakk bi trakk fi Stokkolma kien qed jiġi proċessat biex ikun deportat kien jissimpatizza mal-ISIS. L-applikazzjoni għal residenza ġiet rrifjutata f’Ġunju tas-sena li għaddiet u kien qed jiġi mfittex minn uffiċjali tal-immigrazzjoni.
Fl-istess waqt, it-tieni suspettat tpoġġa taħt arrest formali. S’issa erba’ persuni huma konfermati mejta riżultat tal-attakk, fosthom żewġ Żvediżi, Ingliż u Belġjan. Ħmistax-il persuna oħra kienu kkonfermati midruba.

Aqra aktar

Jinstab ir-raġel imfittex

Il-Pulizija fl-Iżvezja arrestaw żewġ irġiel wara li trakk baqa’ dieħel f’stabbiliment  fi Stokkolma lbieraħ. Dan l-attakk terroristiku ħalla erbà persuni mejta u għexierien midruba.

Aqra aktar

“Għal dawk kollha li semgħu dwar l-attakk fi Stokkolma, aħna ninsabu tajbin”

“Għal dawk kollha li semgħu dwar l-attakk terroristiku fi Stokkolma, aħna ninsabu tajbin.” Dan kien kliem Ġorġ Mallia, l-Kap tad-Dipartiment tal-Media u l-Komunikazzjoni fl-Università ta’ Malta. Ġorġ Mallia fil-messaġġ li kiteb fuq il-profil tal-facebook spjega li bħalissa jinsab fl-Isvezja flimkien mas-sieħba tiegħu, iżda b’xorti tajba ma kienx fil-kapitali ta’ Stokkolma iżda kien fil-belt ta’ Malmo.

Aħbar ta’ attakk terroristiku bħal dak li rajna fi Brussell, f’Pariġi, r-Russja u Stokkolma dejjem iqajmu l-mistoqsija fostna l-Maltin jekk xi ħadd għażiż għalina jinsabx fil-pajjiż li fih ikunu tilfu ħajjithom numru ta’ vittmi bla ħtija, iżda għax ikunu inzertaw fuq il-post fil-ħin li jsir l-attakk terroristiku.

L-aħħar attakki terroristiċi li rajna filfatt, kienu f’pajjiżi popolari mal-Maltin. Fi Brussell u f’Berlin, fost oħrajn, kellna filfatt numru ta’ Maltin li kienu fuq il-post li seħħ l-attakk. Episodji bħal dawn jġiegħluna nirrealizzaw kemm id-dinja hija żgħira.

Bħal dejjem is-sit soċjali facebook joffri l-faċilità li wieħed jimmarka li jinsab sigur f’din iż-żona u għalhekk wieħed ikun jistà ukoll iserraħ rasu.

Send this to a friend