stati uniti – Page 6 – One News

Notifiki

Jingħaqdu flimkien għal għan nobbli

Ħames eks-Presidenti Amerikani attendew kunċert għal għan nobbli flimkien biex jinġabru flus għall-vittmi tal-uragani li ħakmu lill-Istati Uniti din is-sena.

Barack Obama, George W Bush, Bill Clinton, George HW Bush u Jimmy Carter marru f’Texas biex ikomplu jwasslu l-messaġġ t’appell għall-għajnuna lill-vittmi.

It-tliet Demokratiċi u ż-żewġ Repubblikani ngħaqdu flimkien biex jgħinu speċjalment lil dawk affetwati mid-diżastri li ħallew l-uragani Harvey, Irma u Maria.

Mill-kunċert inġabru 31 miljun dollaru Amerikan.

Houston fl-eqqel tal-ikbar maltempata fl-istorja ta’ Texas

Il-belt Houston fl-Istati Uniti tinsab fl-eqqel tal-ikbar maltempata fl-istorja tal-istat ta’ Texas.

Iktar minn ħamsa u sebgħin ċentimetru ta’ xita diġa niżlet f’ċertu partijiet tal-belt matul it-tmiem il-ġimgħa li għadda, fejn toroq prinċipali nbidlu fi xmajjar u hija impossibbli tiċċaqlaq jekk mhux b’dgħajsa.

F’temp ta’ ġimgħa, il-belt mistennija tesperjenza xita li ġeneralment tinżel f’sena. Bis-servizzi tas-salvataġġ jinsabu fil-limitu tagħhom hekk kif ix-xita qed tkompli nieżla, ħafna nies qed ikollhom ifendu għal rashom. Mijiet ta’ toroq madwar il-belt ingħalqu, bl-isptarijiet ikunu evakwati u eluf ta’ nies jinsabu bla dawl.

 

 

FILMAT: Il-prodott Malti f’Santa Marija

F’dawn il-jiem huma ħafna l-Maltin li qed iħejju għal btala qasira f’Għawdex għall-festi ta’ Santa Marija.

Iżda, daqstant ieħor ikunu qed jippreparaw l-Għawdxin involuti fl-agrikoltura li jieħdu l-opportunità biex juri xi provdiet l-art tagħhom fl-aħħar xhur.
Fost dawn il-produtturi tat-tadam li għalihom l-istaġun jinsab fl-aqwa tiegħu bil-fabbrika ta’ Magro Brothers tkun għaddejja erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Għal John Magro, li fl-aħħar mill-aħħar irid ibigħ il-prodott, hemm ukoll is-sodisfazzjoni li huma ħafna l-Maltin interessati fil-proċess.

Aqra aktar

Send this to a friend