stati uniti – Page 4 – One News

Notifiki

L-Istati Uniti u ċ-Ċina lejn ftehim dwar in-negozji

Delegazzjoni tal-Istati Uniti se żżur iċ-Ċina l-ġimgħa d-dieħla għal taħdidiet maħsuba biex inaqqsu l-gwerra ta’ negozju li hemm bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja. Is-sena li għaddiet, iċ-Ċina u l-Istati Uniti imponew tariffi fuq aktar minn tliet mitt biljun dollaru fuq affarijiet ta’ xulxin.

Il-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla mistennija tkun l-ewwel waħda minn mindu ż-żewġ pajjiżi qablu li ma jimponux tariffi ġodda għal 90 jum.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President Ċiniż, Xi Jinping qablu mal-waqfien temporanju fl-1 ta’ Diċembru.

“Id-Deċiżjoni ta’ Trump tista’ twassal biex l-IS jerġa’ jikseb il-poter”

Alleati tal-Kurdi fis-Sirja qalu li d-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump biex ineħħi truppi Amerikani mis-Sirja se tħeġġeġ lill-Istat Iżlamiku biex jinbet mill-ġdid.

Stqarrija mid-Forzi Demokratiċi Sirjana qalet li d-deċiżjoni tal-President Trump se tħalli lilhom u lil militanti Għarab li huma alleati tal-Istati Uniti f’pożizzjoni prekarja ferm minħabba l-possibbiltà li l-IS jerġa’ jikseb il-poter.

Il-President Trump ħabbar li l-Istat Iżlamiku ‘inqered’ tard l-Erbgħa filgħaxija, u li madwar 2,000 suldat Amerikan stazzjonati fit-Tramuntana tas-Sirja mistennija jintbagħtu lura l-Amerika.

500 immigrant jippruvaw jaqsmu għall-Istati Uniti mill-Messiku- bosta miżmuma mill-Pulizija

Il-Messiku mistenni jibagħt lura lil madwar 500 immigrant li pprova jaqsam il-fruntiera Amerikana. Dan ikkonfermah il-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż.

Jidher li l-grupp ta’ immigranti kien miġbur mill-awtoritajiet wara li l-Ħadd ipprova jaqsam b’mod vjolenti u illegali lejn l-Istati Uniti. Dawn jinkludu ukoll tfal. Aqra aktar

Send this to a friend