Jonqos għal 253 in-numru ta’ persuni li nqatlu fis-Sri Lanka l-Ħadd li għadda

Il-President ta’ Sri Lanka qal li l-allegat moħħ wara l-bombi suwiċida li seħħew f’Ħadd il-Għid f’Sri Lanka nqatel fl-istess attakki. Intqal li Zahran Hashim, predikatur radikali, miet fil-lukanda Shangri-La fil-kapitali Colombo.

Jidher li Hashim mexxa l-attakk fuq il-lukanda popolari ħafna mat-turisti, akkumpanjat minn aggressur ieħor identifikat bħala Ilham. Intant, il-pajjiż irreveda ‘l isfel in-numru ta’ nies li nqatlu waqt l-isplużjonijiet li seħħew il-Ħadd li għadda. In-numru tnaqqas b’iktar minn 100, bil-Ministeru għas-Saħħa jgħid li n-numru issa huwa għal madwar 253.L-istess Ministeru weħħel fi żball li sar waqt il-kalkulazzjoni u d-diffikulta li jkunu identifikati l-vittmi.

Numru kbir ta’ nies inqatlu u mijiet oħra weġġgħu meta bombi suwiċida splodew f’lukandi u knejjes f’Colombo, Negombo u Batticaloa. Il-maġġoranza ta’ dawk maqtula kienu minn Sri Lanka, iżda għexieren ta’ barrannin kienu fost dawk milquta.

Immaġinak tmut wara li tinżel miżbla fuq darek

Minn tal-inqas sittax-il persuna, inkluż erbat’itfal mietu wara li miżbla ġġarfet fuq djarhom fi Sri Lanka.

L-ammont ta’ skart li kien ta’ wieħed u disgħin metru sfrondat wara li kienu rrapurtati nirien u għargħar matul il-jum tal-Ġimgħa. Minn tal-inqas erbgħin dar kienu meqruda b’erbat itfal fihom li kienu ta’ bejn il-ħdax u l-ħmistax-il sena.

L-aġenzija tal-aħbarijiet AFP qalet li mat-tmien mitt tunellata ta’ skart kienu jiżdiedu ta’ kuljum f’din il-miżbla u li l-gvern ippjana biex ineħħiħa. Qiegħed ikun irrapurtat ukoll li mal-għoxrin persuna oħra għadhom maqbuda fi djarhom.

FILMAT: Il-veterinarju li telqet minn pajjiżha biex tfejjaq il-klieb tas-Sri lanka

Timmaġinak titlaq minn pajjiżek biex tieħu ħsieb il-klieb li jgħixu fit-toroq? Din hija deċiżjoni diffiċli, iżda deċiżjoni li ħadet veterinarju mir-Renju Unit, li ħalliet kollox warajha u marret tgħix is-Sri Lanka biex tfejjaq u tagħti l-assistenza medika klieb li m’għandhomx saqaf fuq rashom.

 Janey Lowes ilha tagħmel dan għal dawn l-aħħar sentejn.

Aqra aktar

Send this to a friend