Jingħataw tliet kuntratti għall-istudju tal-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija

Il-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija daħal f’fażi importanti bl-għoti ta’ tliet kuntratti ġodda għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġett li se jkun magħruf bħala l-Melita TransGap Pipeline.

Id-dettalji dwar il-kuntratti tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-enerġija Joe Mizzi li stqarr li l-mira tal-Gvern hi li x-xogħol fuq il-bini tal-pipeline stmat li jiswa 350 miljun ewro jitlesta sal-aħħar tal-2024.Aqra aktar

Id-Deputat Prim Ministru Taljan jhedded li jaqta’ l-provvista tad-dawl lil Malta

Id-Deputat Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Cinque Stelle Liugi Di Maio, qal li l-Italja tista’ taqta’ l-provvista tad-dawl lil Malta mill-interconnector minħabba l-pożizzjoni li żamm pajjiżna fid-dawl tal-kwistjoni Aquarius.

Di Maio qal dan waqt il-programm Porta a Porta fuq Rai Uno il-bieraħ.

Bl-interconnector,  li jgħaqqad li, jwassal sa’ Ragusa, fi Sqallija, l-awtoritajiet Maltin jixtru l-elettriku minn swieq Ewropej bi prezzijiet tas-suq.

Di Maio baqa’ jinsisti li l-bastiment kien fit-territorju Malti, u għalhekk, kellu jinġieb f’port Malti.

Madanakollu l-Gvern Malti żamm sod u qal li Malta diġa’ hija konformi mar-regoli nternazzjonali dwar l-immigrazzjoni. Eventwalment il-bastiment Aquarius ittieħed Spanja.

Il-Gvern iwieġeb għad-dikjarazzjonijiet tal-Viċi Prim Ministru Taljan

Maqbuda 330 kilo marijuana b’valur ta’ 3 miljun ewro x’aktar iddestinata lejn Malta

330 kilo marijuana ġet issekwestrata f’Ragusa fi Sqallija kif ukoll ġew arrestati żewġ persuni; it-tnejn Sqallin. Id-droga kienet x’aktarx iddestinata lejn Malta skond siti tal-aħbarijiet Sqallin.

Il-valur tad-droga jaqbeż it-3 miljun ewro u skond l-istess rapporti f’ siti tal-aħbarijiet Sqallin, din qed titqies bħala l-akbar qabda li qatt saret fil-provinċja ta’ Ibla.

Jidher li d-droga nstabet f’qiegħ falz ta’ trailer. Il-pulizija ta’ kontra d-droga nnutaw xi irregolaritajiet u talbu dokumenti lil Massimo Battaglia ta’ 39 sena u Carmelo Incardona ta’ 52 sena.

Dawn ma kkoperawx magħhom. Fi tfittxija ġo waħda mid-djar tal-arrestati nstabet ukoll arma tan-nar li kienet insterqet ftit xhur ilu.

L-Air Malta se tibda ttir lejn Comiso

L-Air Malta se tibda topera servizz skedat ta’ darbtejn fil-ġimgħa lejn l-ajruport ta’ Comiso ta’ Sqallija, kull nhar ta’ Ġimgħa u nhar ta’ Ħadd mis-17 ta’ Diċembru.

In-nollijiet popolari mnedija riċentament “Go Light” tal-Air Malta se japplikaw fuq ir-rotta, li ser jagħmluha possibbli li tivvjaġġa għal €39 biss għal kull direzzjoni, bit-taxxi u t-tariffi inklużi fil-prezz.

Is-sajf li għadda l-linja tal-ajru Maltija reġgħet bdiet ukoll servizz skedat ta’ darbtejn sa tliet darbiet fil-gimgħa għal Palermo, il-belt kapitali ta’ Sqallija, u permezz ta’ 14-il titjira oħra fil-ġimgħa lejn Catania, l-Air Malta issa qiegħda taqdi tliet ajruporti għall-akbar gżira Mediterranja ġiriena, li toħloq konnessjonijiet ideali kemm għall-vjaġġaturi kif ukoll għat-turisti.

Din hija lewwel darba li l-Air Malta se tibda topera lejn dan l-ajruport Sqalli u din it-tħabbira tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-linja tal-ajru fis-suq Sqalli b’mill-inqas 18-il titjira fil-ġimgħa matul din ix-xitwa bejn il-gżejjer.

It-titjiriet se jibdew jinbiegħu mit-Tnejn, 16 ta’ Ottubru. Fil-jiem li ġejjin il-klijenti se jkunu jistgħu jibbukkjaw it-titjiriet permezz ta’ www.airmalta.com, billi jċemplu ċ-Ċentru Telefoniku tal-Air Malta fuq +356 21662211, mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew mill-Aġenti tal-Ivvjaġġar f’Malta u fl-Italja.

Regina: il-kelba minn Sqallija li saret Maltija!

Fl-aħħar, Regina tinsab Malta!

Din hija kelba li sabet ix-xorti meta raġel Malti kien waqt btala fi Sqallija. Regina kienet tinsab fi stat gravi, tiġġieled u tissielet biex tgħix, ġurnata wara l-oħra.

Il-protagonist uman huwa Etienne Carter, li rrakkonta li kien ċar li l-kelba kienet ġiet abbużata u msawwta, però f’jumejn magħha, għamlet bidliet kbar. “Niżgurakhom li taf tħobb ħafna u taf tisraqlek qalbek mal-ewwel ftit minuti” qal Carter.Aqra aktar

Kumpanija pubblika għall-proġett tal-pipeline tal-gass

  • Is-sena d-dieħla jibdew l-istudji ambjentali u tekniċi
  • Applikazzjoni għall-fondi Ewropej

Għaddejjin pjanijiet biex titwaqqaf kumpanija pubblika għat-twettiq tal-proġett tal-pipeline tal-gass u iktar tard biex tieħu ħsieb u tmexxi l-operat tal-infrastruttura meta tiġi kkumissjonata. Kien il-Ministru Joe Mizzi li ta dawn id-dettalji filwaqt li qal li “huwa mistenni li l-proġett idum seba’ snin biex jitwettaq.”

Aqra aktar

Servizz ġdid bil-baħar bejn Malta u Katanja

Servizz ġdid tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri se jibda jkun disponibbli bejn Malta u Katanja. Il-grupp Onorato Armatori kkonferma l-istrateġija ġdid tiegħu, li tinkludi traġitti lejn Malta. Huwa grupp li jispeċjalizza fil-ġarr  ta’ kull tip ta’ vetturi kbar u merkanzija.

Minn nhar it-18 ta’ April, il-grupp se jintroduċi servizzi bejn Malta u Catania, permezz ta’ vapur dedikat apposta.  L-għan hu li tiżdied il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer u bejn Malta u l-kumplament tal-Italja u tal-Ewropa. Se jkun hemm erba’ vjaġġi fil-ġimgħa bejn Malta u Catania u viċe Versa.

 

Ried jibgħat hand grenade d-dar

Mumenti ta’ tensjoni li però ntemmu b’wiċċ il-ġid fl-ajruport Fontanarossa f’Catania.

Dan hekk kif f’pakkett postali li kien se jittieħed fuq titjira tal-merkanzija u passiġġieri lejn Ruma fi triqtu lejn l-Amerka, instabet hand grenade, flimkien ma’ ċintorin tal-iskrataċ vojt.

Aqra aktar

Send this to a friend