Fi Sqallija tneħħa l-obbligu li persuna toqgħod kwarantina meta tkun ġejja minn pajjiżna. L-obbligu tal-kwarantina tneħħa minn fuq persuni li jidħlu fi Sqallija minn Malta, jew mill-Kroazja, Spanja u l-Greċja. Aqra aktar

Fi Sqallija tneħħa l-obbligu li persuna toqgħod kwarantina meta tkun ġejja minn pajjiżna. L-obbligu tal-kwarantina tneħħa minn fuq persuni li jidħlu fi Sqallija minn Malta, jew mill-Kroazja, Spanja u l-Greċja. Aqra aktar
Il-kap l-ġdid tal-mafja ‘Cosa Nostra’ huwa fost dawk arrestati flimkien ma’ 45 oħra f’diversi postijiet madwar Sqallija dan wara li l-awtoritajiet Taljani wettqu rejd. Aqra aktar
6 linji tal-ajru differenti ser ikunu qed joffru titjiriet diretti lejn 17-il ajruport f’disa’ pajjiżi u reġjuni, inklużi Sqallija, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Lussemburgu, għall-perjodu bejn Lulju u Ottubru.
Ħabbar dan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija hekk kif spjega li bħalissa t-tim tal-iżvilupp tat-Traffiku flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħdin jaħdmu mill-qrib mal-linji tal-ajru sħab tal-ajruport sabiex jerġgħu jibdew jibnu l-konnettività ta’ Malta, hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġjar qed jiġu llaxkati.
Fl-10 ta’ Marzu, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin irċieva aktar minn 320 talba għal assistenza minn Maltin li jinsabu maqbuda fl-Itaja u Sqallija. Aqra aktar
Żewġ aħwa Rumeni mixlija bi traffikar ta’ 31 kilo droga kannabis ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom. Aqra aktar
Il-Vulkan Etna reġa’ żbroffa nhar il-Ħamis 30 ta’ Mejju 2019; din id-darba minn fetħiet ġodda. Il-lava niżel lejn akkwata magħrufa bħala Valle del Bove.
Filmat li ttella’ fuq il-mezzi tax-xandir juru attività spettakolari li taf toħloq in-natura.
Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi mexxa taħdidiet mal-President tar-Reġjun ta’ Sqallija Sebastiano Musumeci fejn ġie diskuss il-progress fl-istudji preparatorji tal-proġett tal-gaspipeline bejn Malta u Sqallija.
Madwar 20,000 tifel u tifla Maltija u 2,000 tifel u tifla Sqallin ta’ bejn l-erba’ u tnax-il sena se jieħdu sehem f’eżerċizzju ta’ screening bil-għan li jiġi ddeterminat jekk ibatux mill-marda tas-coeliac u għalhekk ma jistgħux jieklu prodotti li jkunu fihom il-qamħ.
Hekk laqgħuna madwar 50 student barrani li bħalissa jinsabu f’Malta bħala parti minn Youth Exchange li jitratta il-ħajja taċ-ċittadini fuq gzira.
Ċipru, il-Greċja, Sqallija, Sardinja kif ukoll Malta, huma l-ħames pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem f’dan il-proġett, fejn ilhom għal dawn l-aħħar sebat ijiem jieħdu sehem f’attivitajiet madwar Malta u Għawdex.
Diversi studenti saħqu magħna li gżira bħal Malta diffiċli issib, għax għalkemm aħna żgħar, għandna kollox, b’uħud ifaħħru l-kultura Maltija.
“Enjoyable for tourist, for young people who wants to get involved….i think malta is a beautiful island and alot of beautiful stories, beautiful structures…the culture is very nice, we saw a lot of historical sites like the churches and the buildings are very very nice, because they are very preserved”
Stephanie Fenech, il-koordinatriċi ta’ dan il-programm, saħqet ma’ One News li waħda mill-affarijiet li dawn il-parteċipanti jżommu għal għomorhom hi l-ħbiberija.
“Il-ħbiberija ġdida li dawn il-50 parteċipant ikreaw bejniethom, mhux ħa ngħidu li aħna għamilniha l-ħbiberija, imma l-mod kif ħdimna u kif irreaġixxew iż-żgħażagħ għal din il-parteċipazzjoni tagħhom”
Dan il-programm se jintemm il-Ħadd, bil-parteċipanti jitilqu lura lejn pajjiżhom b’togħma aħjar ta’ kif ngħixu aħna l-Maltin.
Send this to a friend