Summer on the Move f’ Għawdex ukoll

Illum kienet l-aħħar darba li t-tfal Għawdxin, li pparteċipaw fil-programm ‘Summer on the Move’ attendew is-sessjoni ta’ taħriġ tagħhom. One News żar lit-tfal fl-aħħar jum, fejn saqsejnihom x’dehrilhom minn din l-esperjenza.

Aqra aktar

“Ir-referee ħassar is-sabiħ tal-logħba” – Il-Viċi-President tal-MFA

Il-Viċi-President tal-Malta Football Association qal li ma jistax inaqqas mir-rabja għal dak li seħħ fil-logħba tal-bieraħ bejn Malta u l-Iskozja. Fuq facebook esprima d-diżappunt tiegħu għad-deċiżjonijiet tar-referee, kif wara kollox qed jagħmlu bosta.

“Ħallejt il-lejl jgħaddi biex forsi ttaffi ftit ir-rabja li kelli lbieraħ filgħaxija. Però qomt iktar irrabjat dalgħodu. Ma rridx ngħid li konna aħjar mill-Iskoċċiżi, iżda lanqas huma ma jistgħu jgħidu li kienu aħjar minna,” kiteb Chris Bonnet.

Aqra aktar

Pitch ġdid nazzjonali wara 35 sena

Wara ġimgħat ta’ xogħol intensiv, issa għandna pitch ġdid nazzjonali, wara 35 sena. Issa li tlesta x-xogħol tekniku, li nvolva li jitpoġġa ħaxix ġdid fil-pitch mill-kumpanija barranija SIS grupp, ix-xogħol se jittieħed f’idejn l-MFA.

Il-kumpanija SIS ħadmet ma’ clubs internazzjonali qabel dan il-proġett f’Malta.

Il-Malta Football Association (MFA) qalet li fl-aħħar ħames snin, sar aktar minn €20 miljun investient fi clubs, sabiex jissaħħu faċilitajiet sportivi f’Malta. Dan biex ikun jista’ jsir taħreig anke magħtul il-ġimgħa.

Issa jmiss il-proġett ta’ flood lights fil-grounds fejn isir taħriġ.

Aqra aktar

L-impossibbli fil-finali… barra meta kien ġewwa żgur

Finali. Plejer waħedha. Lasta vojta. Ballun barra.

Din hija s-sekwenza ta’ dak li żgur se jkun wieħed mill-ikbar żbalji li rajna fil-futbol din is-sena u li sar fil-finali ta’ taħt id-dsatax–il sena tan-nisa bejn Franza u Spanja. Franza kienu qed jirbħu 2-1 u minuta wara il-ħin regolamentari l-plejer Spanjola spiċċat waħedha quddiem il-lasta, kważi mal-linja. Dan wara rebound minn naħa tal-goaler.

Għal sekondi l-Ispanjoli żgur kienu ċerti li se jisfurzaw il-ħin miżjud. Iżda, ma kienx il-każ. Minflok marru barra l-ballun u t-tamiet tat-tim.

Aqra aktar

Se nkun Alla ta’ Manchester

Eric Cantona laqa’ lil Zlatan Ibrahimovic f’Old Trafford, iżda għamilha ċara li r-re ta’ Manchester se jibqa’ hu. Miegħu qabel l-istess Ibrahimovic għax f’dikjarazzjoni tipika minn tiegħu qal: “Nammira lil Cantona u smajt x’qal. Iżda, jien mhux se nkun ir-re ta’ Manchester, jien se nkun Alla ta’ Manchester!

Aqra aktar

Il-Karkariżi u l-volleyball

 

Tfassal proġett soċjali sportiv li jiffoka fuq stil ta’ ħajja b’saħħitha permezz tal-volleyball. Il-proġett se jkun miftuħ għal tfal minn seba’ snin ’il fuq li joqogħdu f’Birkirkara u fl-inħawi tal-madwar.

Aqra aktar

Estradit għat-tieni darba – akkanit iżżejjed fil-football!

L-awtoritajiet Franċiżi keċċew lil mexxej tal-partitarji Russi Alexander Shprygin għat-tieni darba. Il-Ministru Franċiż tal-Intern qal li huwa tpoġġa fuq titjira minn Pariġi lejn Moska t-Tlieta filgħaxija.

Shprygin kien diġa ġie estradit is-Sibt, ġimgħa wara l-ġlied li kien hemm fil-logħba tal-Euro 2016 bejn l-Ingilterra u r-Russja. Madanakollu, huwa vjaġġa lejn Spanja bl-ajruplan u wasal Franza b’karozza, u kien arrestat waqt il-logħba Russja kontra Wales.

Aqra aktar

X’qed jgħidu dwar l-Euro 2016?

Hekk kif beda l-logħob tal-Euro 2016, se naraw xalata ta’ futbol, b’ħafna sapporters jsegwu t-timijiet favoriti tagħhom.

Tkellimna ma diversi persuni li dalgħodu kienu l-Belt Valletta u staqsejna x’qed jsitennew. Innotajna sentimenti varji fuq min jista’ javvanza matul din il-kompetizzjoni.

Aqra aktar

Skejjel ta’ kull tip magħquda fl-isports

Għall-ewwel darba qed isir il-Malta School Sports Festival, li jġib flimkien parteċipanti mill-iskejjel sekondarji tal-istat, flimkien mal-iskejjel tal-Knisja u anke privati.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Żgħażagħ u Sport Chris Agius attenda l-ftuħ uffiċjali fil-Matthew Micallef St John track fil-Marsa.

Aqra aktar

Send this to a friend