Jirdoppjaw it-tfal Għawdxin li jipprattikaw l-isport fil-programm ‘On the Move’

Kull nhar ta’ Ġimgħa u Sibt madwar 450 tifel u tifla Għawdxin qed jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi fil-programm ‘On The Move’. It-tfal qed jattendu għal 24 ġimgħa ta’ attività sportiva fil-kumpless sportiv ta’ Għawdex u f’kumplessi oħra mifruxa fil-gżira. L-attendenza ta’ din is-sena hi waħda rekord u tfisser li mis-sena l-oħra l’hawn irdoppjat. Jirriżulta li fil-bidu kien hemm biss mal-100 student jipparteċipaw, u s-sena l-oħra l-figura telgħet għal 250.

Aqra aktar

Deċiżjoni sorpriża…tirtira Esther Azzopardi

F’deċiżjoni sorpriża, Esther Azzopardi rtirat mill-karriera tar-refeering. Azzopardi, meqjusa bħala waħda mil-aqwa referees f’Malta, kienet anke onorata f’Jum ir-Repubblika li għadda bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Hi kienet l-ewwel referee Maltija li kisbet il-‘badge’ tal-FIFA. Kevin Azzopardi, id-Direttur tar-Refereeing, qal li d-deċiżjoni ħaditu b’sorpiża u rringrazjaha tal-kontribut tagħha lill-logħba tal-futbol.

Azzopardi mistennija tkompli tikkontribwixxi f’diversi rwoli ġodda, fosthom bħala referee observer u ambaxxatur għar-referees femminili fi ħdan id-dipartiment tar-referees.

Festa għal min iħobb it-tiġrijiet biż-żwiemel – imfakkar Twanny Bugeja

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna preżenta trofej lis-sidien u dawk li jsuqu ż-żwiemel, waqt l-ewwel edizzjoni tat-Twanny Bugeja Equestrian Festival. Dan sar ilbieraħ fil-korsa tal-Marsa.

Il-festival kien organizzat mill-Malta Racing Club bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Finanzi, permezz tan-National Lotteries Good Causes Fund. Kif jindika isem il-festival, ifakkar ukoll fil-ġurnalist Twanny Bugeja, li ħalla din id-dinja. Bugeja kien kummentatur għal xejn inqas minn 37 sena – kull min isegwi t-tiġrijiet bla dubju sema’ l-leħen entużjasta ta’ Twanny Bugeja.

Apparti li l-Ministru Scicluna preżenta t-trofej lill-ħmistax-il rebbieħ waqt il-festival, ippreżenta wkoll plakka kommemorattiva lis-sinjura Bugeja u l-familja tagħha.

Hawn tista’ ssegwi ftit minuti mill-festival.

Aqra aktar

Mis-silġ Ġermaniż għar-ramel Malti

Tim magħruf fl-ice hockey, bl-isem ta‘ Düsseldorfer EG, riċentement kien Malta għal taħriġ fiżiku. Hawn qed nitkellmu dwar l-iktar tim li jmur lura fiż-żmien fil-Ġemanja u wieħed mill-aktar professjonali.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija waħda mill-isponsors ewlenin għat-tim f’dan l-istaġun. Co-sponsor ieħor huwa l-Air Malta, f’inizjattiva cross-marketing, innovattiva għall-aħħar.

Meta t-tim kien hawn Malta, l-atleti gawdew mill-klima ideali tta’ Novembru biex tħarrġu, minbarra li esploraw il-gżejjer Maltin.

Aqra aktar

Lejn karriera professjonali fl-isport

Nisimgħu kontinwament b’opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ barra minn xtutna f’firxa wiesa’ ta’ dixxiplini sportivi. Dan ix-xahar, ħames plejers Maltin tal-Badminton se jmorru jikkompetu fir-Repubblika Ċeka u fl-Islovenja, f’tournaments li għandhom l-għan li jlaqqgħuhom ma’ professjonisti li jistgħu saħansitra jixprunawhom għal karriera f’dan l-isport.

Aqra aktar

L-MFA “assolutament se tiftaħ investigazzjoni” 

Fuq il-programm Pjazza, il-president tal-MFA qal li “saret xi ħaga li kemm ili fil-football qatt ma rajtha”. Dan b’referenza għall-fatt li għaxar minuti qabel ħargu l-players fil-pitch għall-logħba Malta kontra l-Litwanja, daħal delegat fiċ-changing rooms jgħid lill-players li kien informat b’tixħim.

Darmanin Demajo qal “meta smajt b’dan l-inċident irrabjajt ħafna għax m’għandek qatt u qatt tidħol fid dressing room meta l-players iffokati”. Qal li talab rapport lill-UEFA u lill-FIFA, li għandhom żewġ kumpanii differenti li jimmoniterjaw il-logħob.

Il-UEFA diġa’ bagħtet l-analiżi tagħha u kkonkludiet li kien hemm betting li baqa’ sejjer sal-aħħar biex l-iskor baqa’ 2-2. Ir-rapport tal-FIFA għadu ma wasalx, iżda l-MFA se tara l-evidenza u imbagħad, fi kliem id-Dede, “assolutament se niftħu investigazzjoni”.

Dan kollu tista’ tisimgħu lejn l-aħħar ta’ dan il-filmat.

Aqra aktar

Ftehim bejn l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians u l-Malta Futsal Association

Intlaħaq ftehim bejn l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians u l-Malta Futsal Association, liema ftehim intlaħaq bl-intervent tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius.

Il-kuntratt ta’ tliet snin li kellha l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal mal-istess Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians skada fi tmiem l-aħħar staġun u ż-żewġ partijiet ma kienux qablu sabiex l-istess kuntratt jerġa’ jiġġedded.  Kien għalhekk li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal, anke bl-għajnuna tas-Segretarju Parlamentari Agius u SportMalta, pruvaw isibu faċilità alternattiva, liema tentattivi ma nltaħqux, bl-unika alternattiva jibqa’ l-padiljun tal-Hibernians f’Kordin.

Aqra aktar

Chetcuti jgħid li kien nervuż ħafna qabel rebaħ il-bronż

 “Kien unur kbir għalija li nhar l-Erbgħa tlajt fuq il-podium nirrappreżenta lil Malta, wara li rbaħt midalja tal-bronż fil-finali tal-World Cup tal-isparar f’Ruma”.

Kliem it-tiratur Malti William Chetcuti, li qal li wara l-esperjenza diżappuntanti fl-Olimpjadi ta’ Rio, kien iddikjara li se jera’ r-responsabiltà tar-riżutat u jkompli jikkommetti ruħu li jmixi ‘l quddiem.

Stqarr li kien nervuż ħafna fil-line-up għall-finali f’Ruma, li nkluda r-rebbieħa tal-midalji tad-deheb u tal-bronż fl-Olimpjadi ta’ Rio. Esprima gratitudni lejn familtu li akkumpanjatu f’Ruma, filwaqt li qal li issa huwa ż-żmien li jiddedika ftit ħin magħhom, qabel jibda jipprepara għall-istaġun li jmiss.

 

Rikonoxximent għall-atleti Maltin

Ftit tal-ħin ilu, grupp ta’ atleti Maltin minn dixxiplini sportivi differenti bħal motorsports, table football, bowling u athletics gew mogħtija rikonoxximent tas-suċċessi tagħhom barra minn xtutna mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Aqra aktar

Għandek l-Isports Premium Package tal-GO? Se jħalluk tħassru

GO qed toffri lill-klijenti li abbonaw mal-GO Sports Premium Package bejn l-4 ta’ Lulju 2016 u t-12 ta’ Awwissu 2016, l-opportunità li jikkanċellaw dan l-add-on fil-pakkett tagħhom għat-TV mingħajr l-ebda penalità.

Id-deċiżjoni li joffru din l-opt out lill-klijenti li abbonaw bejn dawn id-dati partikolari tirrikonoxxi d-dewmien bejn l-istqarrija inizzjali għall-istampa li ħabbret il-bidliet għax-xandir tal-loghob tal-Premier League Ingliż kif mqabbda mill-Premier League, u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni aġġornata fuq il-websajt ta’ GO.

Aqra aktar

Send this to a friend