Dak li sar fil-qasam sportiv

Twettaq ħafna fil-qasam sportiv. Għalhekk waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat dak li sar, flimkien ma dak li Partit Laburista fil-Gvern lest iwettaq jekk jingħata fiduċja. 

Nagħtu ħarsa lejn dak li sar.

Ma jistax jonqos li tissemma l-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa. Saret ukoll tinda ġdida fir-range ta’ Għajn Melel f’Għawdex u padiljun ġdid tal-Judo. Dan minbarra faċilitajiet sportivi ġodda fil-Kulleġġ Sant’ Injazju, it-tnedija ta’ Yachting Malta, kwartieri ġodda tal-Old Motors Club u l-identifikazzjoni tas-sit għat-trakka tal-karozzi. 

Saret manutenzjoni estensiva fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq, fuq il-warm up track fil-Marsa u fil-kumpless tal-Kottonera, li jinkludi art ġdida.  Saret manutenzjoni tas-saqaf tal-Padiljun sportiv f’Kordin u rinovar tal-jogging track ta’ Santa Luċija.

Aqra aktar

Ġurnalist intimidat minn membru tal-kumitat ta’ Birkirkara FC, kundanna bla riservi

L-Għaqda Ġurnalisti Sports fi stqarrija qalet li tikkundanna bla riservi l-inċident li seħħ il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju fejn ġurnalist tal-isport membru tal-Għ.Ġ.S li kien xogħol fil-Hibernians Stadium f’Kordin ġie intimidat, u mhedded minn membru tal-Kumitat ta’ Birkirkara FC waqt il-logħba mill-Kampjonat BOV Premier bejn l-istess Birkirkara u Floriana FC.

L-istqarrija żżid li l-gravita’ tal-inċident hi inkwetanti aktar u aktar hekk kif l-inċident seħħ fil-VIP Area tal-Hibernians Stadium fejn hemm ukoll il-Press Area li fiha jaħdmu u jkunu l-ġurnalisti.

Aqra aktar

Aktar sportivi Maltin jiksbu l-unuri

  • 2 deheb, 1 fidda u 2 bronż għal pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran tal-Bowling

It-team tal-bowling li rrapreżenta lil pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran li sar fis-Slovenja, rebaħ żewġ midalji tad-deheb, waħda tal-fidda, u tnejn tal-bronż.

Aqra aktar

“Tħares qatt lejn l-iskor ta’ ħaddieħor!” – Tiziana Carannante

Isem Tiziana Carannante sar familjari ma’ dilettanti sportivi. F’Novembru rrapportajna li rebħet midalja tad-deheb storika waqt il-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth.

Ftit tal-ġimgħat ilu kienet waħda mir-rebbieħa prinċipali fi Sport Malta Awards. Hija rebħet l-unur Sportiva tas-Sena. L-isport li tispeċjalizza fih mhux komuni daqs kemm, ngħidu aħna, hu l-futbol. Ġietna kurżità għalhekk nitkellmu ma’ Tiziana.

Aqra aktar

Maratona traġika: missier imut ftit qabel it-tmiem, quddiem martu u bintu

Czeslaw Dudek ta’ 37 sena pparteċipa fil-maratona Weybridge 10k f’Surrey. Martu u bintu ta’ seba’ snin kienu qed jimmotivawh qrib tmiem il-maratona. Kien biss metri bogħod milli jispiċċa.

52 federazzjoni sportiva jingħataw fondi

Aktar federazzjonijiet sportivi ibbenefikaw minn għotjiet finanzjarji li ngħataw minn Sport Malta, biex ikunu jistgħu jaħdmu fuq proġetti infrastrutturali jew inkella biex itejjbu l-livell tagħhom fl-isports. Is-segretarju Parlamentari għall-Isports Chris Agius qassam €2,500,000 lil 52 federazzjoni sportiva li jinkludu kull tip ta’ sports, minn sparar sa atletika.

Dawn l-assoċjazzjonijiet ħadu l-fondi wara li wettqu proġetti u ssottomettew l-irċevuti lil Sport Malta, li min naħa tagħhom preżentaw lura s-somma kollha li tkun nefqet l-assoċjazzjoni sportiva.

B’sodisfazzjon is-segretarju tal-Malta Racing Club Adrian Figallo qal li  dawn it-tip t’għajnuniet għinu biex isir aktar investiment f’apparat teknoloġiku.

Aqra aktar

Jaf se jkollna nibdew naraw l-emblema Ewropea fuq sider il-players…

L-emblema nazzjonali li atleta jilbes fuq sidru tista’ ssarraf f’emozjonijiet kbar, fosthom sens ta’ patrijottiżmu. Iżda issa l-insignia tant famuża, bħal ngħidu aħna t-tliet iljun li jirrappreżenaw l-Ingilterra, jistgħu jinbidlu għal kollox, grazzi għal pjan li qed jinħema fi Brussell.

F’mossa kontroversjali għall-aħħar, qed ikun diskuss li l-bandiera safra u blu tal-Unjoni Ewropea tingħata importanza daqs l-emblema tal-pajjiż fuq il-flokk tal-players.

Permezz ta’ dan il-pjan, nazzjonijiet li qed jikkompetu fl-Olimpjadi u t-Tazza tad-Dinja ikollhom jilbsu emblemi Ewropej b’mod prominenti.

Aqra aktar

L-MFA diġa ħerqana għaċ-ċittadinanza bil-mertu

Fost l-ewwel assoċjazzjonijiet lokali li tkellmu b’mod pożittiv dwar il-proposta imnedija lbieraħ ta’ ċittadinanza għall-mertu kien hemm l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA. It-tnedija tal-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Inizjattiva Ċittadinanza għall-Mertu saret ilbieraħ mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

Aqra aktar

Send this to a friend