The Cyclist Tour ta’ Malta 2018

L-24 Edizzjoni tat-Tour ta’ Malta taċ-Ċikliżmu sponsorjata minn The Cyclist bdiet f’temp xitwi bix-xita u r-riħ jiddominaw l-ewwel tappa fuq distanza ta’ 12 il-kilometru kontra l-ħin, li nżammet fil-Bypass tal-Mtarfa b’numru rekord ta’ ċiklisti jieħdu sehem. Dawn ġew minn sitt klubbs lokali flimkien ma’ sittax oħra barranin, filwaqt li kien hemm numru ieħor ta’ ċiklisti li ġew minn diversi pajjiżi Ewropej. Ta’ sodisfazzjon għal Maltin kienet ir-rebħa ta’ Marie Claire Aquilina tat-Team Greens Cycling Club li qed bdiet b’suċċess id-difiża tat-titlu li rebħet fl-aħħar żewġ edizjonijiet.

Aqra aktar

€120,000 għal boroż ta’ studju fil-kamp sportiv

Il-Ministeru għall-edukazzjoni nhieda l-iskema ta’ boroż ta’ studju għal dawk li qed jipparteċipaw f’xi dixxiplina fl-isport.

Il-gvern qed jallokka €120,000 għal din il-borża ta’ studju. Din hija s-seba’ edizzjoni li l-gvern ħareġ din is-sejħa. Mill-2012 ibbenefikaw 82 sportiv.

Aqra aktar

Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-isports taħt il-programm Erasmus+

Kienet organizzata konferenza minn EUPA flimkien ma’ SportMalta u MEUSAC biex l-għaqdiet sportivi japplikaw għall-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-isports taħt il-programm Erasmus+ ċentralizzat fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Din hija għajnuna biex l-għaqdiet ikunu jistgħu imexxu l-proġetti u ideat tagħhom b’fondi ewropej u anke jingħataw l-opportunità li jkabbru l-esperjenza tagħhom ma’ assoċjazzjonijiet oħrajn madwar l-Ewropa.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li, “l-pjan huwa li jkabbar l-involviment fil-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tal-assoċjazzjonijiet sportivi wara li l-fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett qed ikompli jikber.” Grima saħaq li lkoll flimkien jinsabu lesti li jagħtu kull għajnuna li hemm bżonn sabiex l-ammont ta’ applikazzjonijiet ikompli jikber.

Il-programm Erasmus+ fl-isport, li anke wara li Malta fil-Presidenza tagħha kitbet u ġabet l-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha għall-European Work Plan for Sport, rat li l-fondi allokati jikbru u l-opportunitajiet jiżdiedu. Proġetti li jvarjaw fl-assistenza minn €60,000 fi proġetti żgħar ta’ kollaborazzjoni sa €400,000 għal proġetti ikbar.

L-intergrità fl-isport, il-ġlieda kontra id-doping, il-governanza tajba, l-intolleranza u id-diskriminazzjoni fl-isport, il-volontarjat u l-inklużjoni soċjali huma t-temi prominenti.

Tournament tal-futbol fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Iċ-Ċentru Sportiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jorganizza tournament tal-futbol għar-residenti tal-Faċilità bil-parteċipazzjoni ta’ disa’ timijiet minn diviżjonijiet varji, ffaċilitat mill-koordinatur sportiv Manolito Micallef.

Il-finali ser issir fil-jiem li ġejjin fejn it-tim rebbieħ ser jingħata trophy. L-għan prinċipali ta’ din l-attivita huwa li tinħoloq atmosfera pożittiva, f’ambjent kompetittiv sportiv, filwaqt li r-residenti jiġu mgħejjuna fil-proċess edukattiv tagħhom.

Dawn it-tip ta’ tournaments isiru b’mod regolari u r-residenti jingħataw l-opportunità li jitħarġu kuljum bħala parti mill-impenn tagħhom. Fil-fatt ‘il fuq minn 200 resident jipparteċipaw f’sessjonijiet tal-futbol kuljum.

Illejla jitħabbru l-finalisti ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali 

Illejla fis-7.30pm mistennija jitħabbru l-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Sports Malta Awards; Għażliet Sportivi Nazzjonali liema serata ser ssir fis-17 t’ Frar li ġej. Is-serata ser ssir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

L-aħħar ħamsa ta’ kull kategorija jidħlu fil-finali. Il-kategoriji huma: Żagħżugħa tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Team tas-sena, Kowċ tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, Sportiva tas-Sena u Sportiv tas-Sena.

Bhalma jiġri f’kull edizzjoni, jingħataw tlett rikonoxximenti speċjali; tnejn lil atleti ta’ special olympics u wieħed għall-avveniment internazzjonali tas-sena.

Illejla jitħabbru wkoll il-finalisti tal-People Choice Award li hija l-għażla popolari, ta’ assoċjazzjonijiet u pubbliku inġenerali.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima illum ukoll ser jindirizza il-finalisti waqt l-attivita tal-llejla li ser ssir fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Jurgen Borg liberu li jittermina il-kuntratt ma’ Hibernians

Waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Football Assocoiation ġiet ikkonfermata deċiżjoni tal-qorti Ewropeja tal-arbitraġġ fl-isport il-CAS li l-gowlkiper ta’ Hibernbians Jurgen Borg jista’ jittermina l-kuntratt li kellu ma’ Hibernians, u jirreġistra ma’ club ieħor; bil-klabb kull ma jrid jagħmel huwa li jħallas lil Hibernians somma ta` kumpens.

Din id-deċiżjoni li hija bla preċedent għal futbol Malti u taqleb deċiżjoni meħuda mill-Kunsill ta’ l-awtorità tal-futbol lokali MFA. Din l-aħbar li kienet ilha dawn l-aħħar jiem fl-arja ġiet informata mis-segretarju ġenerali, l-avukat Angelo Chetcuti lill-membri tal-Kunsill. B’din id-deċiżjoni tal-CAS l-assoċjazzjoni ġiet ordnata tħalli lil Jurgen Borg jirreġistra mal-club li jixtieq. Din id-deċiżjoni ser idaħħal lil futbol Malti f’xenarju ġdid li qatt ma ġie maħsub qabel.

MFA issa qed tħabbat wiċċha ma’ problema oħra għax hija trid li wara li tistenna l-motivazzjoni tal-CAS, tiddeċiedi ukoll kemm ser tkun is-somma ta’ danni li l-player u l-klabb li ser jirreġistrawh, irridu iħallsu lil Hibs. Dan għaliex l-MFA ma għandiex il-formula ta’ dan il-kumpens li jidher li jiddependi minn kemm qed jitħallas il-player fil-preżent, kemm għad fadallu snin fil-kuntratt u kemm ser jithallas fil-kuntratt li jmiss.

Minn informazzjoni li għandu One Sport huwa l-klabb ta’ Gżira li hu l-aktar viċi l-firma tal-goalkeeper.

Kriżi fl-amministrazzjoni tal-football fl-Italja

Wara ġurnata ta’ diskorsi u votazzjonijiet, il-Federazzjoni Taljan tal-futbol ma’ rnexxiliex teleġġi President għal erbgħa snin li ġejjin. Dan kellhu jieħu post Carlo Tavecchio li ġie mġiegħel jirriżenja wara l-falliment tat-tim nazzjonali.    Kienu tlieta l-kandidati li qed jikkontestaw il-kariga: Cosimo Sibilia, Gabriele Gravina u l-ex player ta’ Roma Damiano Tommasi.

Fl-ewwel tlett votazzjoni, Sibilia ġab punt perċentwali iktar minn Gravina, b’Tomassi it-tielet.  Peress li ħadd ma’ ġab is-65% mitluba fl-Istatut, kien imiss ir-raba votazzjoni bil-kandidat li ġab l-inqas voti: Tomassi jiġi elimat.

Fir-raba votazzjoni ġara dak li kullħadd kien qed ibassar.  Kemm Sibilia u Tommasi qalu lill-votanti tagħhom biex iħallu l-vot vojt, b’hekk Gravina ma jkunx jista jġib il-50% u vot wieħed biex jiġi elett. Fil-fatt huwa ġab biss 39% tal-voti u għalhekk ma ġie elett ġadd.

Issa jidħol fl-azzjoni il-Kumitat Olimpiku Taljan, li fil-15 ta` Frar ser jiltaqa’ biex jappunta Kummissarju interim sakemm terġa’ ssir elezzjoni.  B’hekk il-kriżi tal-futbol fl-Italja tkompli u wara l-eliminazzjoni mill-fażi finali tat-tazza tad-dinja, issa fallew ukoll biex jeleġġu president. Dan ifisser ukoll li id-deċiżjoni sabiex jiġi appuntat kowċ nazzjonali ġdid ser tibqa’ tistenna, u Gigi Di Biagio, il-care taker coach ser jibqa’ fil-kariga.

Tliet uffiċjali lokali maħtura referee observers tal-UEFA

Dan l-aħħar, il-UEFA ħatret tliet referee observers lokali ġodda mal-220 observer fuq il-panel tagħha li ser ikunu qed iservu għaż-żewġ staġuni li ġejjin; lejn tmiem l-istaġun li għadda t-triju attenda kors f’Nyon, l-Isvizzera, indirizzat lil UEFA referee observers ġodda bħalhom.

Aqra aktar

L-akrobazija quddiem l-uġigħ

Adreana Zammit – ġinnasta ewlenija Maltija li fil-passat sofriet minn injury serja li impedixxietha milli tkompli tipprattika dan l-isport li tant tħobb, iżda mhux milli tkompli tittrażmetti l-imħabba li għandha lejn dan l-isport, permezz tal-coaching fosthom mal-atleti li tant tgħożż tal-iSpecial Olympics.

Aqra aktar

Send this to a friend