Sport – Page 7 – One News

Notifiki

Issa tista’ tixtri season ticket għal-logħob tal-Premier

Season tickets se jiġu introdotti minn dan l-istaġun wara li ntħalaq ftehim mal-Kumitat Permanenti tal-Premier League Malti. Dan tħabbar mis-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti, waqt li kien qed jaqra r-Rapport Amministrattiv tal-MFA matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA li saret is-Sibt.

Aqra aktar

Speċjali u se jilagħbu f’isem Malta

Nhar il-Ħadd li ġej, it-team ta’ Frame Football Malta se jkun qed jieħu sehem għall-ewwel darba f’tournament organizzat barra minn Malta, propju f’Saint George’s Park li jinsab f’Coventry.

F’pajjiżna, il-kunċett ta’ Frame Football beda fl-2016, bil-moħħ warajh tkun il-fiżjoterapista u Youth Minister Rita Darmanin Carbonaro. Din spjegat li t-tim Malti se jkun it-tim tal-kategorija bejn il-ħames snin u d-disa snin. Għandna erba players li ħa jiilghabu 4-a-side. Imma peress li hemm grupp li kien trenjat ukoll ta’ 18+, Malta ingħatat permess  tipparteċipa f’kategorija spejċali, biex dawn jilgħabu wkoll mal-klabbs Ingliżi.

Aqra aktar

Malta tirbaħ it-tielet midalja tad-deheb waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar

Malta llum rebħet it-tielet midalja tad-deheb waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar f’San Marino permezz tat-tiratur żagħżugħ Gianluca Chetcuti fid-Double Trap.

Chetcuti kien konċentrat ħafna waqt il-finali biex laqat total ta’ 69 plattina, wahda aktar mic-ciprijott Leontiu.

Ta’ nota li t-tiratur l-iehor malti William Chetcuti spiċċa r-raba’ wara li sa tmiem l-ewwel ħames rounds kien fl-ewwel pożizzjoni.

Aqra aktar

L-MCAST u l-Iskola Nazzjonali għall-Isport se jkunu qed jikkollaboraw

Il-Kulleġġ MCAST flimkien mal-Iskola Nazzjonali għall-Isport iffirmaw ftehim kollaborattiv li se jkun qed isaħħaħ ir-relazzjoni eżistenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet edukattivi għall-aħjar tal-istudenti. Dan il-Memorandum of Understanding ġie ffirmat fil-Ministeru għall-Edukazzjoni fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo.

Aqra aktar

Dak li sar fil-qasam sportiv

Twettaq ħafna fil-qasam sportiv. Għalhekk waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat dak li sar, flimkien ma dak li Partit Laburista fil-Gvern lest iwettaq jekk jingħata fiduċja. 

Nagħtu ħarsa lejn dak li sar.

Ma jistax jonqos li tissemma l-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa. Saret ukoll tinda ġdida fir-range ta’ Għajn Melel f’Għawdex u padiljun ġdid tal-Judo. Dan minbarra faċilitajiet sportivi ġodda fil-Kulleġġ Sant’ Injazju, it-tnedija ta’ Yachting Malta, kwartieri ġodda tal-Old Motors Club u l-identifikazzjoni tas-sit għat-trakka tal-karozzi. 

Saret manutenzjoni estensiva fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq, fuq il-warm up track fil-Marsa u fil-kumpless tal-Kottonera, li jinkludi art ġdida.  Saret manutenzjoni tas-saqaf tal-Padiljun sportiv f’Kordin u rinovar tal-jogging track ta’ Santa Luċija.

Aqra aktar

IL-WEGĦDI TAL-PARTIT LABURISTA FIL-QASAM SPORTIV

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius u d-Deputat Laburista Luciano Busuttil ippreżentaw il-prijoritajiet tal-Partit Laburista fil-qasam sportiv.

PARTEĊIPAZZJONI F’ATTIVITAJIET SPORTIVI

Mira ewlenija nazzjonali se tkun li kull tifla u tifel taħt is-sittax-il sena jkunu parteċipattivi u attivi f’xi tip ta’ sport.

Għal tfal ta’ familji li għandhom dħul baxx, ikunu introdotti eżenzjonjiet minn kull ħlasijiet għall-parteċipazzjoni f’after school programmes ta’ SportMalta.

Nemmnu li kulħadd għandu jkollu d-dritt u l-opportunità li jagħmel attività sportiva.

Aqra aktar

Mezz konvenjenti għal eżerċizzju regolari

Għexieren ta’ studji mediċi u akkademiċi juru li eżerċizzju regolari jħalli effetti pożittivi fuq is-saħħa fiżika u mentali ta’ persuna. Dan hu iktar evidenti u importanti fil-kaz tal-adulti. Madankollu, kulħadd jaqbel li fil-każ tal-eżerċizzji fiżiċi l-ewwel passi huma l-aktar iebsa.

Olena Sammut, il-Kowċ tal-Adult Fitness ma’ #OnTheMove, qalet: “Ċertu nies isibuha diffiċli li jibdew programm ta’ eżerċizzju fuq bażi regolari. Minħabba raġunijiet differenti, ma jkunux jafu minn fejn ser jibdew. Li tagħmel eżerċizzji flimkien ma’ grupp hu mod ideali għal min ikun għadu fil-bidu għaliex isib dik il-motivazzjoni u ħeġġa li jkun hemm bżonn. Il-fatt li tkun qed tara l-instructor u l-parteċipanti sħabek qed jagħmlu work out għandu jipprovdi biżżejjed motivazzjoni biex persuna tkompli s-sessjoni sal-aħħar.”

Aqra aktar

Diżappuntanti għall-iskiet tal-MFA

L-Għaqda Ġurnalisti Sports uriet id-diżaprovazzjoni tagħha għall-fatt li wara tliet ijiem mill-inċident li fih kien involut ġurnalist tal-isport, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football baqgħet siekta dwar dan il-każ u ma ħarġitx stqarrija ta’ kundanna u solidarjeta’ ma’ dan il-ġurnalist li jirraporta regolarment il-kompetizzjonijiet tal-MFA.

Aqra aktar

Il-federazzjoni tal-motorsport sodisfatta bl-għażla taż-żona għall-korsa tal-karozzi

Il-Malta Motorsport Federation (MMF) flimkien mal-komunitá tal-motorsports f’pajjiżna laqgħu l-aħbar li l-proġett għaċ-ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi u l-muturi se jkun qed isir f’żona f ‘Ta Qali.

Il-federazzjoni stqarret li se tkun qed tagħti l-assistenza kollha neċċessarja biex din id-deċiżjoni pożittiva twassal biex il-proġett nazzjonali jitwettaq.

Aqra aktar

Imħabbra żewg proġetti li jippromwovu l-isport f’Għawdex

  • Żewġ proġetti proposti mill-Ministeru għal Għawdex ġew kwalifikati u approvati minn Fondi Ewropej għal aktar titjib fil-faċilitajiet sportivi.

Il-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbru żewġ proġetti, f’Ulysses Grove fil-limiti tax-Xewkija.

Il-proġetti jinkludu trakka tal-mixi, tal-ġiri, u taċ-ċikliżmu f’Ulysses Grove, kif ukoll multi-sports outdoor facilities filGozo Sports Complex fir-Rabat, Għawdex.

Aqra aktar

Send this to a friend