Sport – Page 5 – One News

Id-difensur Steven Bonnici jingħaqad ma’ Mosta FC

Id-difensur Steven Bonnici ilbieraħ iffirma kuntratt ta’ sena ma’ Mosta FC.  Bonnici, li għandu 29 sena, lagħab ma’ bosta timijiet fil-Kampjonat Premier fosthom Melita FC, Floriana FC, Ħamrun Spartans FC, Tarxien Rainbows FC, Birkirkara FC, u fl-istaġun li għadda ma’ Senglea Athletic FC.Aqra aktar

Patrick Wleh se jsir plejer ta’ Floriana FC

One Sport jista’ jiżvela li fil-ħin li ġej mistenni jasal Malta l-attakant mil-Liberia Patrick Ronaldinho Wleh, biex jingħaqad ma’ Floriana FC.  Il-karriera ta’ dan il-plejer hija waħda interessanti ħafna fejn lagħab għaxar darbiet mat-tim Nazzjonali tal-Liberia, u anke lagħab mat-tim Nazzjonali tal-Malasja.Aqra aktar

Higuain u Bonucci mistennija jibdlu l-klabb

Huwa kważi ċert li l-attakant Arġentin Gonzalo Higuain mistenni jħalli Juventus biex jingħaqad ma’ Milan b’self għal staġun, iżda fl-istaġun ta’ wara isir għal kollox plejer ta’ Milan.  Higuain mistenni jiswa lir-rossoneri €55 miljun.  Huwa kien ingħaqad ma’ Juventus sentejn ilu mingħand Napoli.Aqra aktar

Vidal se jiffirma ma’ Inter

Mil-midfielder Ċilen Arturo Vidal mistenni li jsir plejer ta’ Inter fis-sigħat li ġejjin.  Skont il-midja Taljana, intlaħaq ftehim bejn Bayern Munich u Inter bil-plejer mistenni li jiġi misluf għal staġun biex eventwalment jingħaqad b’mod permanenti ma’ Inter fl-istaġun ta’ wara.Aqra aktar

Tibda l-kampanja t’akkwisti għal Tarxien Rainbows

Matul din il-ġimgħa Tarxien Rainbows ser ikunu qed iħabbru l-akkwisti kollha li saru s’issa f’dan is-suq ta’ trasferimenti wara li nhar it-Tnejn ħabbru li l-goalkeeper Andrea Cassar ġedded l-kuntratt tiegħu mat-tim, fl-aħħar sigħat ir-Rainbows ħabbru l-akkwist ta’ żewġ difensuri ġodda.

Aqra aktar

Send this to a friend