Sport – Page 4 – One News

Notifiki

ARA: Bormla r-rebbieħa tar-Regatta

Bormla rebħu r-regatta ta’ Jum il-Vittorja għad-19-il darba fl-istorja tagħhom hekk kif is-Sibt waranofsinhar fil-Port il-Kbir rebħu l-għaxar tiġrijiet kollha.

Dan ifisser li Bormla rebħu ż-żewg kategoriji, jiġifieri kemm l-‘A’, dik tal-‘open’ u anke l-‘B’.Aqra aktar

Jonathan Caruana mistenni li jirritorna jilgħab dalwaqt

Wara li bħal dan iż-żmien sena ilu, id-difensur intenazzjonali Malti Jonathan Caruana ġie sospiż erba’ snin minn-NADO (National Anti-Doping Organisation) hekk kif instab pożittiv li għamel użu minn sustanzi projbiti fl-sport, jidher li d-difensur ta’ Valletta FC mistenni jirritorna fil-ġimgħat li ġejjin wara sena sospenzjoni.Aqra aktar

Tibda l-ġimgħa Ewropeag ħall-Isport

Ilbierah fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq ġie fi tmiemu l-programm imniedi minn SportMalta Summer On The Move filwaqt li infetħet uffiċjalment il-Ġimgħa Ewropeja ddedikata lill-Isport organiżżata minn SportMalta bil-kollaborazzjoni ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport.Aqra aktar

Jingħata bidu għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport u jiġi fi tmiemu l-programm Summer on the Move

Ingħata bidu għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport li se tkun organizzata fil-kumpless sportiv tal-Qroqq. Din l-attività timmarka l-għeluq tal-programm tant popolari mal-Maltin Summer on the Move li esperjenza rekord ta’ ’l fuq minn 7,000 parteċipant.

L-ewwel avveniment għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport ingħata l-bidu tiegħu fid-disgħa ta’ filgħodu fejn il-logħob tal-ilma kienu ċ-ċentru tal-attività. Fost ħafna attivitajiet oħra ġie organizzat tournament tal-isquash għall-atleti tal-programm, tħejjew klassijiet għal adulti li jinkludu yoga, aqua fitness, qbiż tal-ħabel, u ma naqqasx l-ispettaklu organizzat mill-akkademja tal-għawm sinkronizzat.Aqra aktar

Il-goaler Sean Cini jiffirma ma’ Ħamrun Spartans

Wara rebħa u draw fl-ewwel żewġ ħarġiet, Ħamrun Spartans komplew bil-kampanja qawwija ta’ akkwisti, hekk kif ftit tal-ħin ilu ħabbru l-akkwist tal-goaler veteran Sean Cini.

Cini, li għandu 36 sena, lagħab ma’ bosta timijiet tul il-karriera tiegħu fosthom Tarxien Rainbows FC, Sirens FC, Mqabba FC, St. George’s FC u Vittoriosa Stars FC.Aqra aktar

Send this to a friend