Splużjoni – Page 6 – One News

Notifiki

L-ispettur investigattiv dwar il-każi ta’ bombi

L-ispettur Keith Arnaud, mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, tkellem fil-programm Arena dwar is-sensiela ta’ qtil bil-bomba li kien hawn f’pajjiżna.

Tkellem dwar kif jiżviluppaw l-affarijiet mill-mument li l-pulizija tissejaħ fuq il-post u l-mod kif jissoktaw l-investigazzjonijiet. Iffaċjat bil-mistoqsija dwar kif ħadd minn dawk responsabbli ta’ bombi ma jinqabad, Arnaud qal: “Splużjoni hija iktar diffiċli minn każi oħra. Splużjoni teqred l-affarijiet. Peró l-esperjenza urietna li ma teqridx kollox u kien hemm każi fejn persuni tressqu l-qorti u weħlu l-ħabs,” qal l-Ispettur Arnaud.

Aqra aktar

“Mingħalija se nsib xi flat imwaqqa!”

“Kont għadni nqum. Smajt ħoss enormi u ħrigt mingħalija se nsib xi flat imwaqqa. Biex imbagħad rajt xena tal-films. Karozza sploduta u aħjar ma ngħidlekx dwar il-kumplament”.

Kienu dawn il-kummenti ta’ residenti fi Triq il-Ġifen, San Pawl il-Baħar, wara l-isplużjoni li seħħet dalgħodu. 

Fuq il-post kien hemm xeni ta’ qsim il-qalb, bil-qraba jaslu u jirreaġixxu għall-fatt li membru minn familthom kellu jitlef ħajtu b’dak il-mod.

Oħrajn qalulna li l-ħoss kien jixbaħ lil xi ħaġa kbira qiegħda taqa’.

Li hu żgur huwa li għall-ħafna residenti ta’ din it-triq mimlija appartamenti, kienet għodwa li mhux se jinsew.

Mill-Afghanistan iżda ċittadin Amerikan – identifikat il-moħħ wara l-isplużjoni fi New York

Dak li jidher fir-ritratt huwa dak suspettat li huwa responsabbli għall-isplużjoni li seħħet fi New York is-Sibt li għadda.

Ir-raġel huwa Ahmad Khan Rahami ta’ 28 sena, oriġinarjament mill-Aghanistan iżda ċittadin Amerikan.

L-isplużjoni darbet 29 persuna u seħħet peremzz ta’ ammont ta’ pressure cookers mimlija materjal splussiv.

Imut anzjan mill-Imqabba wara splużjoni f’daru

Wara aktar minn għaxart’ijiem f’battalja bejn ħajja u mewt, tilef ħajtu anzjan ta’ 77 sena li kien safa’ ferut fi splużjoni. Kien kmieni nhar l-10 t’Awwissu meta seħħet splużjoni f’residenza privata fi Triq it-Troll, l-Imqabba.

L-inċident aktarx seħħ minħabba leak ta’ gas, u żewġ persuni kienu tħallew midruba: ir-raġel ta’ 77 sena u mara ta’ 71 sena li kienu jgħixu hemm.  Il-mara kienet sofriet ġrieħi ħfief.

 

Send this to a friend