Splużjoni – Page 5 – One News

Notifiki

Splużjoni fi Franza tħalli 18-il persuna midruba

Minn tal-inqas tmintax-il persuna sfaw midruba wara li seħħet splużjoni waqt li kienu madwar ħuġġieġa nar waqt karnival fit-Tramuntana ta’ Franza.

L-isplużjoni seħħet lejn l-aħħar tal-festa Yellow Carnaval f’Villepinte, f’Pariġi.

Omm flimkien mat-tarbija tagħha huma fost dawk li ndarbu b’mod serju, fejn fost il-midruba hemm ukoll is-Sindku.

S’issa l-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa.

Rabti jsofri ġrieħi gravi wara li allegatament seħħet splużjoni aċċidentali f’Ħal Lija

Rabti sofra ġrieħi gravi wara li allegatament seħħet splużjoni fil-post li kien fih, fi triq il-Mosta f’Ħal Lija

Illum għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu.

Mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel li għandu 43 sena, residenti r-Rabat, sofra xi ġrieħi wara li allegatament seħħet splużjoni aċċidentali ġewwa l-imsemmi post.

Aqra aktar

Diversi maqtula fis-Sirja

Splużjonijiet permezz ta’ bombi suwiċida waslu biex tużżani ta’ persuni nqatlu fis-Sirja.

Dan fis-sitt anniversarju minn meta bdew il-protesti kontra l-Gvern Sirjan f’dik li hi l-iktar gwerra li ħalliet imwiet fl-aħħar għexieren ta’ snin.

Il-media tal-Gvern Sirjan qalet li l-attakki li seħħew f’Damascus kellhom fil-mira tagħhom il-qrati u eventwalment ristoranti fiċ-ċentri. In-numri ta’ mejta li qed jissemmew ilaħħqu d-39 u weġġgħu madwar mija.

“Tippolitizzawx il-kriminalità” – Joseph Muscat

Fil-Parlament, il-Prim Ministru tkellem dwar stqarrija ministerjali li saret mill-Ministru Carmelo Abela fuq l-isplużjoni li seħħet dalgħodu. Huwa qal li s-sitwazzjoni mhix normali u bħala Gvern qed juri tħassib u għandu r-responsabbiltà li jara li fil-pajjiż ikun hawn is-sigurtà.

Madankollu il-Gvern mhux kuntent li l-Oppożizzjoni tipprova tippolitiċizza l-każ. Qatt ma niftakar, qal Dr Muscat, li l-Oppożizzjoni Laburista ppolitiċizzat każi ta’ kriminalità.

Huwa appella lill-Oppożizzjoni biex ma tagħmilx ballun politiku mis-sitwazzjoni u għandha tara li l-Kamra tibgħat lill-kriminalità organizzata li mhux se jħallihom iweġġgħu nies innoċenti.

Aqra aktar

Jinfetħu t-toroq lejn l-Imsida – It-traffiku jibqa’ jippersisti

Minkejja li t-toroq li jagħtu mill-Belt għall-Imsida fetħu ftit tal-ħin ilu, it-traffiku xorta waħda għadu qed jippersisti.

Huma diversi persuni li bħalissa qed jilmentaw li ilhom saħansitra siegħa fit-traffiku bejn il-Belt Valletta u l-Furjana u ma għamlu l-ebda avvanz minn x’ħin daħlu fil-karozza.

It-traffiku inħoloq wara li kmieni dalgħodu ngħalqu t-toroq li jagħtu għall-Imsida wara li vettura li kienet għaddejja fi triq l-Marina fl-Imsida splodiet, kawża tal-isplużjoni s-sewwieq tilef saqajh u ħamsa oħra li kienu fil-vetturi qrib jinsabu l-isptar.

Ritratt: MRTU – Iż-żona ta’ Ta’ Xbiex direzzjoni Msida għall-ħabta tas-2:30 ta’ wara nofsinhar.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: SPLODIET KAROZZA FL-IMSIDA

Raġel ta’ 40 sena residenti l-Furjana, indarab serjament wara li l-vettura tat-tip Renault Megane Scenic li kien qed isuq, splodiet fi triq il-Marina fl-Imsida. L-isplużjoni instemgħet għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu.

Ninsabu informati li l-karozza hi ta’ Romeo Bone, mill-Furjana. Raġel magħruf sew mal-Pulizija. Madanakollu l-identità tar-raġel midrub mhix ikkonfermata.

Kawża ta’ din l-isplużjoni, ġarrbu xi ħsarat, vettura tat-tip Kia Ceres u vettura tat-tip Ford Focus.

Ix-xufier tal-vettura Renault, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ittieħdu l-Isptar Mater Dei ukoll, ħames persuni, li kienu fil-viċinanzi ta’ fejn seħħet l-isplużjoni, sabiex jingħataw il-kura meħtieġa minħabba x-xokk li ġarrbu.

Sewwieqa qed jiġu mwissija biex jevitaw dawn l-inħawi minħabba t-traffiku kbir li nħoloq.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aqra aktar

Send this to a friend