Splużjoni – Page 2 – One News

Notifiki

“Tista’ timmaġina l-orrur li rajt quddiemi”- raġel li kien ftit passi ‘l bogħod minn fejn seħħet l-isplużjoni f’Pariġi

“Smajna splużjoni, u sekondi wara kollox beda’ jiċċaqlaq fil-kamra”. Hekk saħaq qarrej ta’ one.com.mt li bħalissa jinsab Pariġi fuq btala u kien ftit metri ‘l bogħod mill-isplużjoni li seħħet dalgħodu f’forn fil-qalba tal-kapitali Franċiża.

Spjega kif għall-ħabta tad-09:00, waqt il-ħin tal-kolazzjon, instemgħet splużjoni kbira li ċċaqalqet il-bini li fih kien il-qarrej. It-tmexxija tal-lukanda kiener pronta tassigura lil kulħadd li dak li kien qed jiġri ma kellu xejn x’jaqsam mal-lukanda.Aqra aktar

Żewġ persuni jinqatlu fi splużjoni fuq karozza tal-linja biswit il-piramidi fil-Kajr

Żewġ turisti mill-Vjetnam tilfu ħajjithom wara splużjoni li saret fuq karozza tal-linja fil-Kapitali Eġizzjana, il-Kajr. Kelliem għall-Ministeru għall-Intern Eġizzjan qal li l-isplużjoni seħħet qrib il-piramidi ta’ Giża, uħud mill-aktar siti popolari mat-turisti fl-Eġittu kollu.

Jidher li l-bomba tpoġġiet biswit ħajt fl-inħawi u ħadet hekk kif karozza tal-linja, li kienet qed iġġorr 14-il turist mill-Vjetnam, għaddiet mill-post.

Fost il-midruba hemm żewġ Eġizzjani, inkluż ix-xufier tal-karozza tal-linja.

AĠĠORNAT: Ċilindru tal-gass jieħu n-nar ġo xaft f’Bormla

Għall-ħabta tal-16.10 ċilindru tal-gass ħa n-naf f’dar f’Bormla. Immedjatament fuq il-post issejħu membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien u neħħew id-dħaħen mir-residenza. Dan ġara fi Triq Rikkardu Taylor.

Il-pulizija tinsab infurmata li ma hemm l-ebda persuni midruba.

Aktar dettalji mal-ħin.

Raġel jingħata aktar minn €300,000 kumpens wara li tilef lill-martu fi splużjoni fin-Naxxar fl-2008

Armel li tilef lil martu fi splużjoni f’garaxx fin-Naxxar għaxar snin ilu, se jingħata €312,280 f’kumpens li se jkunu mħallsa minn mart ir-raġel responsabbli minn din l-isplużjoni.

Ir-raġel, Peter Sammut, kien talab li jingħata kumpens lilu u liż-żewġ uliedu wara li l-isplużjoni qatlet lil martu, Sina, lura fl-2008.

L-isplużjoni seħħet fi Triq Ħal Dgħejf, in-Naxxar, wara li Paul Camilleri, il-ġar tar-raġel, kien qed jagħmel xogħol tan-nar fil-garaxx tiegħu. Huwa wkoll tilef ħajtu kawża tal-isplużjoni. Aqra aktar

Filmat: “Din il-ġimgħa nibnuha, għax irridu nibdew nippreparaw għall-festa”- il-kap tal-kamra tan-nar ta’ Ħal Għaxaq

Ħadd ma weġġa’ fi splużjoni fil-kamra tan-nar ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq, fiż-żona magħrufa bħal ta’ Ħaxlun.

L-isplużjoni kienet waħda qawwija tant li heżżet lir-raħal ta’ Ħal Għaxaq u nstemgħet ukoll minn diversi rħula fil-madwar. Evidenti kienet id-daħna kbira li ħarġet minn dan il-kumpless għal ħabta tas-01:00.

Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex neħħew kull periklu li kien hemm kawża tal-isplużjoni kif ukoll issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei. Aqra aktar

Send this to a friend