spezzjonijiet – Page 6 – One News

Notifiki

Il-Pulizija tispezzjona aktar minn 100 karozza f’Għawdex

107 karozzi kienu spezzjonati mill-Pulizija f’diversi lokalitajiet f’Għawdex, fosthom in-Nadur, ix-Xewkija, u r-Rabat.

F’dawn il-kontrolli u mwaqqfa diversi persuni minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku, bħal sewqan bla ċintorin tas-sigurtà, sewqan mingħajr liċenzja valida jew b’veloċità eċċessiva, u anke sewqan b’tgħobija żejda ta’ passiġġieri fost oħrajn.

Jgħinu f’dawn l-ispezzjonijiet kien hemm ukoll membri mis-Sezzjoni tat-Traffiku.

Jiżdiedu l-ispezzjonijiet mill-MGA

L-Awtorità Maltija għall-logħob kompliet iżżid l-ispezzjonijiet. Dan għax l-infurzar tar-regolamenti huwa kruċjali għal-kredibbiltà ta’ dan is-settur li fir-rapport annwali għas-sena li għaddiet wera li reġa’ kiber u mistenni jkompli jikber.

Jirriżulta li fl-2016 l-MGA għamlet 11,759 spezzjoni fosthom f’casinos u fi ħwienet tal-logħob li huma liċenzjati mal-stess Awtorità.

Aqra aktar

Send this to a friend