speaker – One News

Notifiki

L-Onor. Rosianne Cutajar tippreżenta pins b’simbolu tal-kampanja ‘Blue Heart’ lill-Ispeaker tal-Parlament u lill-Whips tal-gruppi parlamentari

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar ippreżentat lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u lill-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra: Glenn Bedingfield u Robert Cutajar pins b’simbolu tal-kampanja ‘Blue Heart’ kontra t-traffikar tal-persuni.Aqra aktar

David Agius imċanfar mill-Ispeaker

Fil-ħin tal-mistoqsijiet fis-seduta parlamentari tal-lejla, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna tkellem dwar kif pajjiżna għandu ekonomija reżiljenti li tiflaħ għall-impatt ekonomiku li qed jolqot lid-dinja kollha kawża tal-imxija tal-coronavirus. Aqra aktar

L-Ombudsman jippreżenta l-Ombudsplan 2020 lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

L-Ispeaker Anġlu Farrugia rċieva lill-Ombudsman Parlamentari Anthony C. Mifsud fejn ġie ppreżentat bl-Ombudsplan 2020 hekk kif l-Att dwar l-Ombudsman jistabbilixxi li, “l-Ombudsman għandu jippreżenta quddiem il-Kamra, mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru ta’ kull sena,
Ombudsplan li jkun jindika l-attivitajiet tas-sena li ġejja”. Aqra aktar

L-iSpeaker f’laqgħa mal-ispeaker tal-Parlament Albaniż

L-iSpeaker Anġlu Farrugia ltaqa’ mal-iSpeaker tal-Parlament Albaniż Gramoz Ruçi għall-ewwel darba biex jiddiskutu r-relazzjonijiet ta’ bejn Malta u l-Albanija. Dr Farrugia qal Malta u l-Albanija għandhom diversi opportunitajiet u l-momentum li qabdu ż-żewġ pajjiżi għandu jibqa’ sejjer.

Huwa laqa’ l-fatt li riċenti kien stabbilit Inter-Parliamentary Friendship Group li se jiffċilita l-koperazzjoni u l-opportunitajiet bejn iż-żewġ pajjiżi

Send this to a friend