Deċiżjoni tal-Ispeaker f’seduta parlamentari t-Tnejn filgħaxija tat raġun lil Gvern u warbet l-argument tal-Oppożizzjoni dwar talba li għamlet l-Oppożizzjoni f’laqgħa tal-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi li kienet qed tiddiskuti l-kuntratt tal-Electrogas nhar l-Erbgħa filgħaxija.Aqra aktar
L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li r-rapport ta’ ONE News dwar dak li qalet id-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara fuq iż-żgħażagħ ma kienx wieħed falz.Aqra aktar
Fil-jum meta pajjiżna beda 16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-Ispeaker Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ kortesija mill-awtriċi Jean Sasson u Joanna al-Askari. Aqra aktar
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, jinnota b’dispjaċir l-inċidenti xejn paċifiċi li seħħew ilbieraħ ħdejn il-bini tal-Parlament, fejn membri tal-Kamra ġew imfixkla u insulentati waqt li kienu ħerġin mill-Parlament. Aqra aktar
L-anzjani u ż-żgħażagħ. Żewġ ġenerazzjonijiet isseparati mill-ġenerazzjoni tal-ġenituri. Iżda li meta tgħaqqadhom flimkien, teżisti sinerġija perfetta hekk kif l-esperjenza tal-anzjanità tingħaqad mal-enerġija żagħżugħa. Aqra aktar
Lejlet il-ftuħ tal-Parlament wara l-btajjel tas-sajf, l-Ispeaker Anglu Farrugia qal fl-ewwel sena ta’ din il-leġislatura għaddew ħamsa u erbgħin liġi, aktar mid-doppja tal-liġijiet li għaddew fis-snin imgħoddija.
F’intervista ma’ One NEWS, Dr Farrugia qal li s-sena ta’ wara l-elezzjoni kienet waħda rekord.
Il-ħidma kienet ta’ sena għax wara l-elezzjoni tal-2017, kellna siegħa kontinwa ta’ ħidma. Biżżejjed ngħidlek li kienet waħda mill-aktar snin ta’ ħidma parlamentari li niftakar jien fl-istorja parlamentari. jien ilni hanwhekk 24 sena, qatt ma niftakar li għaddejna daqshekk liġijiet fil-pajjiż ġifieri għaddew 45 liġi f’sena waħda ġifieri l-average kien bejn 19 u 20.
Il-President tal-Kamra spjega kif fost il-pajjiżi Ewropej, il-Parlament Malti jiġi mal-ewwel tlieta fil-qasam tat-trasparenza.
Minħabba t-trasparenza. f’pajjiżna il-parlament huwa wieħed mill-atkar pajjiż illi huwa trasparenti fl-ewropa. Aħna pereżempju bħala parlament għamilna ħafna xogħol illi illum qegħdin fit-tielet wieħed skont il-Eurostat u l-publikazzjoni tal-Ewropa li għamel reasoned opinions. Dan kollu sar anka matul dis-sena. Dan ifisser li x-xogħol huwa qawwi fil-Parlament.
Mistoqsi dwar ix-xogħol pjanat għas-sena li ġejjn, Dr Farrugia semma diversi liġijiet li mistennija jkomplu jirriformaw lil pajjiżna waqt li jtejbu l-ħajja tan-nies.
Għandna aġenda twila, ovvjament biżżejjed ngħidlek li hemm diversi abbozzi li kollha qegħdin fit-tieni qari, eżempju l-abbozz tal-liġi li jemenda dwar in-negozji tal-familja, għandna wkoll liġi interessanti dwar l-awtorità tas-servizzi finanzjajri li dan l-aħħar kien hemm il-kummenti tal-Prim Ministru li din mhux biss ħa tisaħħaħ imma li din ħa tkun l-aħjar bħala mudell.
L-ispeaker żied jgħid li l-Parlament mistenni japprova l-ħatra tal-kummissarju tal-Istandards li ħa jkun qed jaħdem id f’id mal-ispeaker.
Il-kummissarju dwar il-public standards ħa jkollu l-poteri illi jimxi id f’id mal-ispeaker dwar complaints li jista’ jkollu u anka jista’ joħodha waħdu dwar l-imġiba tal-Parlamentari in partikolari anka dwar id-dikjarazzjoni tal-assi li jista’ jiċċekja l-vereċita, kemm dak li qed tgħid huwa veru.
L-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia qal li s-Sedja hija marbuta bl-Ordnijiet Permanenti li tara liema huma dawk il-mistoqsijiet parlamentari li jistgħu jitqiesu bħala aċċettabbli u ma tistax tabdika minn dan id-dover.
Dr Farrugia qal dan f’ruling li ta fuq talba tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, li t-Tnejn li għadda ipprotesta dwar żewġ mistoqsijiet parlamentari lill-Prim Ministru li twaqqfu mill-iSpeaker għax ma kinux dwar ħwejjeġ pubbliċi.