Jtellgħu fl-ispazju biċċiet tal-ġilda minn saqajn ta’ Maltin li għandhom id-dijabete għal skopijiet ta’ studju

Fid-disa’ u kwart tal-Ħadd filgħodu ttellgħu fl-ispazju biċċiet tal-ġilda minn saqajn ta’ Maltin li għandhom id-dijabete u li huma infettati bl-ulċeri. Dan biex jiġi studjat l-impatt fuq il-batterja li tinsab f’dawn l-ulċeri f’ambjent ferm differenti minn dak li nsibu fil-laboratorji fid-dinja.

Il-Proġett xjentifiku msejjaħ Maleth huwa l-ewwel studju għall-pajjiżna li se jsir fl-istazzjoni spazzjali internazzjonali.

Dan qed isir mill-Università ta’ Malta flimkien ma’ għadd ta’ msieħba oħra u se jieħu madwar 40 u 50 jum. F’dawk il-jiem se jiġi studjat il-mod li l-bacteria taġixxi għall-ambjent aħrax li hemm fl-ispazju.

Aqra aktar

L-ewwel spazju inklussiv f’Għajnsielem

F’Għajnsielem Għawdex infetaħ spazju aċċessibbli għat-tfal kollha, anke dawk b’diżabilità. Dan se jservi ta’ niċċa sigura ta’ tagħlim, logħob u kreattività għal kull min iżur, u kien possibbli grazzi għal investiment ta’ mija u għoxrin elf ewro minn Fondi Ewropej.Aqra aktar

Ftehim bejn l-MCST u l-Aġenzija Spazjali Franċiża

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), li huwa parti mis-Segretarjat Parlamentari għal Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, illum iffirma ftehim ta’ qafas maċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Etudes Spatiales– l-Aġenzija Spazjali Franċiża, relatata mal-promozzjoni ta’ attivitajiet kooperati fl-Ispazju.

Aqra aktar

L-ewwel politika nazzjonali dwar l-ispazju

Pajjiżna għandu l-ewwel politika nazzjonali tal-ispazju. Politika li tnediet dalgħodu mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius.Forsi dak li jkun meta jisma’ bil-kelma “spazju”  l-ewwel ħaġa li tiġih f’moħħu hu xi qamar, jew kewkba ; dak li naraw bil-lejl meta jidlam. Pero spazju mhuwiex dak biss ; iżda huwa wkoll it-telekomunikazzjoni u t-televiżjoni fost oħrajn.

Aqra aktar

Żewġ persuni jħallsu biex iduru dawra mal-qamar

Kumpanija privata Amerikana li għandha rokit li jispara kapsula spazjali, SpaceX, ħabbret li se tkun qed itella’ żewġ ċittadini privati li ħallsu biex iduru dawra mal-qamar.

Ir-rokit mistenni li jitla’ fl-ispazju lejn l-aħħar tas-sena 2018 fejn il-Kap Eżekuttiv ta’ SpaceX, Elon Musk, qal li “it-turisti diġà ħalsu ammont kbir f’depożitu.”

Aqra aktar

Send this to a friend