Somalu – One News

Notifiki

Isofri ġrieħi gravi wara ħabta fil-gżira

Somalu ta’ 31 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ billejl fi Triq Xatt il-Gżira, il-Gżira f’ħabta bejn karozza tat-tip Kia Picanto misjuqa minn Somalu ta’ 31 sena u karozza tal-għamla Land Rover misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġwann.

Aqra aktar

Bdielu s-sena b’imnieħru imkisser!

Somalu ta’ 23 sena ġie kkundannat sentejn u nofs ħabs wara li ammetta li ħebb għal raġel u kisirlu mnieħru f’Paceville fl-ewwel jum tas-sena. Dan waqt li kien taħt l-influwenza ta’ xi sustanza.

Sakariye Abdirahman Hassan, tressaq il-Qorti mill-Ispterru Matthew Spangol hekk kif ikkawża ġrieħi ħfief fuq raġel fi Triq San Ġorġ, Paceville, għall-ħabta tat-08:30 ta’ filgħodu tal-1 ta’ Jannar. Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża li kien ingħata f’Mejju tas-sena l-oħra fuq akkużi simili.Aqra aktar

Raġel jitressaq il-qorti t’Għawdex mixli b’diversi akkużi

Somalu ta’ 28 sena illum ġie akkużat quddiem il-Maġistrat Dr. P. Coppini f’Għawdex, illi nhar it-3 ta’ Diċembru 2018, fiż-Żebbuġ Għawdex u iżjed tard fl-għassa  tal-Pulizija  tar-Rabat,  Għawdex,  attakka  jew  għamel  reżistenza  bi  vjolenza  u  inġurja  jew hedded erba’ uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll ma obdiex l-ordnijiet tagħhom. Ġie akkużat ukoll li rrifjuta li jagħti dettalji tiegħu jew ta dettalji foloz.

Aqra aktar

L-aħħar darba ħallejtni liberu – L-akkużat fil-qorti

Abdi Ali Mahamed, Somalu ta’ 22 sena u li jgħix f’Raħal Ġdid qal lill-qorti li kellu l-ġuħ u seraq mobile tal-għamla Huawei għal valur ta’ €100.

Il-każ ġara fil-15 ta’ Marzu. L-ispettur Robert Vella ressaq lill-akkużat il-qorti wara li Mahamed ħarab u ġie nterċetat mill-pulizija.

Aqra aktar

Sentejn ħabs wara li darab gravi lil żewġt irġiel

Duale Abokor Mustafa, ta’ sebgħa u tletin sena mis-Somalja, intbagħat sentejn ħabs hekk kif instab ħati li ġarr sikkina mingħajr permess, u propju b’daqqiet ta’ sikkina darab b’mod gravi lil żewġ irġiel Somali.

Dan minbarra li hedded lil wieħed minnhom. Ir-raġel, li hu mis-Somalja, u joqgħod ix-Xewkija ma nstabx ħati ta’ attentat ta’ qtil dakinhar tal-erbatax ta’ Ottubru elfejn u ħmistax; jum li fih qal li tant kien xurban li ma jiftakarx x’ġara.

Somalu jsofri ġrieħi gravi wara li qala’ daqqiet b’arma bil-ponta fil-Marsa

Somalu ta’ 22 sena residenti Raħal Ġdid qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala’ daqqiet b’arma bil-ponta wara argument li eskala fil-Marsa.

Kien għall-ħabta tas-18:30 ta’ filgħaxija meta l-Pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta u kif ukoll dawk mir-Rapid Intervention Unit marru minnufih fil-post indikat lilhom, fejn kif waslu sabu raġel li kien ferut.  Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra ferita t’arma li taqta’ u bil-ponta wara allegat argument.

Il-każ seħħ f’Xatt il-Mollijiet fil-Matsa

Aqra aktar

Send this to a friend