skolasajf – One News

Notifiki

Ara: Tfal b’ċans kreattiv waqt SkolaSajf

Dħalna fil-klassi u sibnihom medhija jaħdmu fuq kunċett ta’ camera – min iqasqas, min iwaħħal biċċa m’oħra, min ħaġa u min oħra.

Fiċ-Ċentru ta’ Skola Sajf f’Ħ’Attard iltqajna ma’ Daniel Zarb, student Universitarju li f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, bħala parti mill-istudji tiegħu ddeċieda li jgħallem il-bażi tad-disinn u t-teknoloġija lil din il-klassi.

Id-disinn u t-teknoloġija huwa suġġett li daħal fl-iskejjel sekondarji, imma Daniel jemmen li dan jista’ joffri benefiċċji lil tfal ta’ etajiet iżgħar.Aqra aktar

Se jitħallsu persentaġġ mill-paga qabel lil ħaddiema ta’ Skolasajf

Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) qed tinforma li ser jinħareg persentaġġ mill-paga bil-quddiem lil dawk il-ħaddiema ta’ Skolasajf li sa issa għadhom ma ħadux paga, waqt li se tkun qed introduċi sistema operattiva ġdida biex il-pagamenti ta’ persuni li jaħdmu part time ikunu regolati mis-sena li ġejja. Aqra aktar

“Kemm ħadt gost niżfen fil-Parlament!”

Dan kien kumment li qalilna wieħed mit-tfal li attenda SkolSajf.  “Rispett lejn kulħadd” kienet it-tema għal din is-sena.

SkolaSajf huwa programm edukattiv isir ta’ kull sajf għat-tfal biex iwessgħu l-esperjenza edukattiva tagħhom. Il-qofol ta’ dawn is-seba’ ġimgħat intlaħaq f’okkażjoni fil-Parlament. Tfal ġejjin mill-iskejjel ta’ San Bastjan Ħal-Qormi u ta’ San Pawl il-Baħar esbixxew dak kollhu li għamlu:  drama, żfin, kant u tpinġijiet li fihom spikkaw id-diversità u r-rispett lejn kulturi differenti.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia u l-Ministri Helena Dalli u Evarist Bartolo. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Aqra aktar

Huwa mportanti li t-tfal ikomplu jaqraw matul ix-xhur tas-Sajf

Min jaf kemm il-darba l-ġenituri jħeġġu lil uliedhom biex jaqraw mhux biss matul is-sena skolastika iżda anke matul il-ġranet tas-Sajf. Kampanja organizzata minn l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu kellha l-għan li tħeġġeġ lit-tfal li mhux biss jaqraw matul is-sena skolastika iżda anke għall-gost.

Aqra aktar

Send this to a friend