skola – Page 7 – One News

Notifiki

Tfal tal-Kulleġġ Maria Reġina jitgħallmu dwar ir-rispett

Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Ħamis 4 ta’ Mejju 2017, il-Kulleġġ Maria Reġina organizza attivita’ kbira bl-isem ta’ COLLEGEFEST. Din il-ġurnata hija festa ta’ attivitajiet u talent taħt it-tema RISPETT.

Il-Kulleġġ Maria Reġina jinkorpora fih l-iskejjel tan-Naxxar, Mosta, Għargħur, San Pawl il-Baħar u Mellieħa  – mill-Kindergarten, Primarja, Skola Medja u anki Sekondarja. Matul din il-ġurnata, madwar 900 student attendew l-iskola Medja li laqgħet lil dawn l-istudenti għal nofstanhar ta’ attivitajiet – li kienu jinkludu kant, drama, żfin, wirjiet ta’ arti, zumba, logħob mekkaniku u ġinnastika fost l-oħrajn. It-tfal inqasmu f’erba’ gruppi biex kull nofs siegħa setgħu ibiddlu l-attivita li kienu qegħdin jagħmlu. Minbarra li setgħu jagħmlu ħbieb ġodda u jiltaqgħu ma’ studenti li jiffurmaw parti mill-istess Kulleġġ, it-tfal setgħu jiddiskutu wkoll it-tema ta’ RISPETT mal-edukaturi li ħadu sehem fi programm ieħor mill-Erasmus+ –  fil-Portugall, eżattament fl-Università tal-Valuri, ġewwa Mafra.

Aqra aktar

Żieda fl-istudenti tal-mediċina

Fl-aħħar sitt snin l-istudenti tal-mediċina fl-Università ta’ Malta żdiedu b’mod konsiderevoli. Ta kontribut kbir ukoll lejn din iż-żieda l-ammont ta’ studenti barranin. F’din is-sena skolastika hemm 808 studenti tal-mediċina meta fis-sena skolastika 2010/2011 kien hemm 488 student.

Sitt snin ilu kien hemm 25 student tal-mediċina fl-Università ta’ Malta li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Illum hemm 154. Filwaqt li sitt snin ilu kien hemm 44 student barra l-Unjoni Ewropea, is-sena li għaddiet u din is-sena kien hemm 86.

L-istudenti Maltin żdiedu minn 419 għal 568.

Dawn in-numri juru li pajjiżna jista’ jkun suq importanti għall-edukazzjoni medika u għalhekk kienet importanti l-miġja tal-iskola medika ta’ Barts li l-bini tagħha f’Għawdex beda u li iktar tard din is-sena mistennija tilqa’ l-ewwel studenti tagħha.

Il-Qorti Ewropea tgħid lir-Russja: inqast milli tipproteġi lil dawn it-tfal

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem illum iddeċidiet li r-Russja naqset milli tipproteġi l-ostaġġi waqt attakk fi skola f’Beslan. Dakinhar fl-2004, madwar 330 persuna mietu, 186 minnhom tfal.

Ribelli Ċeċeni kienu ħadu aktar minn elf persuna ostaġġ dakinar. L-istorja kerha ntemmet meta forzi Russi daħlu fil-binja, imma l-operazzjoni kellha ħafna affarijiet li marru jew kienu pjanati ħażin. Dawk li għexu jirrakkontaw li t-truppi użaw forza eċċessiva fl-operazzjoni tagħhom.

Dakinhar, irġiel u nisa libsin maskli u ċintorini bi splussivi daħlu fl-iskola u għamlu massakru fil-post fejn it-tfal kienu miġbura għal ċerimonja li mmarkat l-ewwel jum tal-iskola. Ir-ribelli riedu l-irtirar ta’ truppi Russi miċ-Ċeċnija. L-assedju ntemm fit-tielet jum tiegħu, b’żewġ splużjonijiet kbar u ħafna sparar; xena li min għexa qal li kienet kaotika għall-aħħar.

Aqra aktar

Aktar studenti mitluba MA JERSQUX LEJN L-ISKOLA

L-ammont ta’ studenti li ġew excluded mill-iskejjel tal-Istat tul din is-sena skolastika, li għadha ma spiċċatx, huwa ogħla mill-ammont li kienu excluded fis-sentejn ta’ qabel.

Fost ir-raġunijiet li għalihom ġew excluded, b’mod ġenerali, kien hemm minħabba ġlied, bullying, kliem dispreġġjattiv, ħażin jew oxxen, nuqqas ta’ rispett lejn l-iskola, ksur tar-regolamenti tal-iskola, ksur tar-regoli ta’ dixxiplina, tħarbit ta’ lezzjonijiet u tal-programm edukattiv tagħhom u ta’ sħabhom l-istudenti, użu mhux proprju ta’ apparat ta’ sigurtà u mġiba ħażina u/jew agressiva.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament, meta l-Ministru għall-Edukazzjoni. Dan qal li n-numru ta’ studenti li ġew excluded mill-iskola fl-iskejjel tal-Istat mis-sena skolastika 2014-15 sal-lum kien hekk: 

Aqra aktar

Studenti mirbuħa minflok mitlufa

L-idea ta’ tagħlim aktar mifrux li ma jikkonċernax biss dak akkademiku dejjem qed tissaħħaħ. Dan fid-dawl li ħafna studenti qed isibu post tax-xogħol garantit wara li jkunu lestew l-istudji tagħhom.

Propju din hija l-missjoni tac-ċentru tal-programm ta’ tagħlim alternattiv f’Raħal Ġdid, li għal dan l-aħħar tliet snin irnexxielu jsaħħaħ il-livell ta’ dawn l-istudenti li qed jistudjaw varjetà ta’ suġġetti vokazzjonali bħall-inġinerija, il-mekkanika, il-kura tas-sbuħija u tax-xahar.

Aqra aktar

Wirja ta’ litteriżmu diġitali fl-Iskola Medja tal-Kulleġġ San Benedittu

Għal ħafna snin, id-Dipartiment tal-e-Learning fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni għax-xogħol u taħriġ kien jorganizza wirja magħrufa bħala EMBED, bl-idea li aktar nies ikunu jafu dwar it-teknoloġiji edukattivi u l-użu tagħhom fil-klassi.

Waqt li din kienet importanti, speċjalment fi żmien meta bdew deħlin teknoloġiji ġodda, id-Dipartiment tal-e-Learning li issa huwa magħruf bħala tal-Litteriżmu Diġitali qed jagħfas aktar fuq il-ħtieġa li kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jużaw dawn il-mezzi ġodda b’mod tajjeb u effettiv u dan sabiex jikkontribwixxu għall-bosta ħiliet edukattivi kif ukoll jilħqu l-kompetenzi diġitali tas-seklu 21.

Aqra aktar

“Illum jien sabiħa bħalek” – tweġiba ta’ għalliema

Għalliema Brażiljana ddeċidiet tgħin tifla tiġġieled il-bullying. Ana Barbara Ferreira, minn Sao Paulo, irrakkontat li kienu jaqbu magħha minħabba li li xagħra kienu jsejħulu ikrah.

“Dan il-ħin, stqajt ngħidilha biss kemm hi sabiħa u li m’għandhiex tagħti kas.”

Iżda jum wara, l-għalliema għamlet xi ħaġa speċjali; marret l-iskola b’xagħra eżatt bħal tal-istudenta.

“Meta ratni, ġiet tiġri tgħidli kemm jien sabiħa” irrakkontat l-għalliema fuq Facebook, liema rakkont spiċċa fuq il-BBC.

“Illum jien sabiħa bħalek” wieġbet l-għalliema.

Aqra aktar

Gidba li t-tfal kollha se jibdew jitgħallmu l-Islam

Hija impressjoni żbaljata dik li nxterdet fost xi wħud li t-tfal kollha fl-iskejjel Maltin se jibdew jitgħallmu l-Islam. Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, li uża l-facebook biex jiċċara għidut li nxterrdu.

“Ejja niċċaraw l-affarijiet dwar tagħlim tar-reliġjonijiet fl-iskejjel. Bħalissa għandna t-tagħlim tar-reliġjon Kattolika u tal-etika għal dawk li jagħżlu li ma jieħdux tagħlim tar-reliġjon Kattolika.”

Aqra aktar

Send this to a friend