skola – Page 6 – One News

Notifiki

Togħġbok l-iskola li jridu jibnu f’Pembroke?

Dawn huma l-ewwel viżwali tal-iskola li Chiswick House School tixtieq li tibni f’Pembroke. Din l-iskola se tkun tesa’ madwar 900 student. Jekk il-pjan propost għal din l-iskola jiġi approvat, l-iskola se tkun tinkludi triq privata li se tintuża’ biex persuni jkunu jistgħu iniżlu l-istudenti l-iskola u jkunu jistgħu jiġbruhom wara. Se tkun qed tinkludi ukoll parkeġġ ta’ 82 vettura. Għal dan il-proġett Chiswick House School ħatret lil MMP architects.  L-iskola hija proposta li tinbena fuq art verġni – li ġabet id-diżapprovazzjoni ta’ numru ta’ residenti, l-Kunsill ta’ Pembroke u l-Moviment Grafitti.

Aqra aktar

Residenti ta’ Pembroke ma jridux skola oħra

B’kartelluni b’ messaġġi ta’ protesta għall-applikazzjoni li saret għall-bini ta’ skola tac-Chiswik Houseu bil-bnadar ta’ Malta mal-faċċati, r-residenti ta’ Pembroke qed isabbtu sieqhom għall-aħħar żvilupp propost għaliex ma jridux li tittiekel biċċa art verġni oħra li qed isservi ta’pulmun għal-lokalita.

Fi Triq Gabriel Henin, li faċċata tagħha qed ikun propost il-bini ta’ skola li tesa’ sa disa’ mitt student iltqajna ma’ Dean Hili, is-Sindku ta’ Pembroke, li stqarr li anka l-Kunsill se joġġezzjona għal dan il-proġett massiċċ.

Aqra aktar

L-iskola Sekondarja ta’ Pembroke toħroġ rebbieħa

Studenti tat-tieni sena mill-iskola Sekondarja ta’ Pembroke tal-kulleġġ Santa Klara, għadhom kif rebħu Ekoteenz kwizz li xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali TVM.

Il-kwizz kien mifrux fuq tlettax–il ġimgħa u fih ħadu sehem 16-il skola medja u sekondarja. It-tim tal-iskola sekondarja kien magħmul minn Kyle Borg, Nathan Spiteri Hogan u Beatrice Mizzi.

Il-mistoqsijiet tal-kwizz kienu fuq temi ta’ żvilupp sostennibli. Dan il-kwizz kien imtella’ minn YRE Malta u l-iskola ingħatat €300 li kienu sponsorjati mill-HSBC programme Catch The Drop li ser jintużaw għal proġett għal konservazzjoni tal-ilma fl-iskola, filwaqt l-istudenti ingħataw billow tablet kull wieħed.

Favur l-inklużjoni fl-iskejjel

It-tfal mhux kollha l-istess, u għaldaqstant huwa importanti li l-iskejjel jippjanaw programmi apposta ta’ tagħlim. Saħqet dan il-membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, li fl-aħħar snin ikkampanjat dwar dan.

Kampanja li flimkien ma’ persuni oħra wasslet biex f’Marzu li għadda l-Università aġġornat ir-rekwiżiti tagħha biex tirrifletti l-ħtiġiejiet tal-istudenti b’diffikultajiet fit-tagħlim.

Aqra aktar

Bil-filmat: Għalliema jfakkru l-aktar tliet affarijiet iritanti għal din is-sena skolastika

Kulħadd ikun qed jistenna l-aħħar jum tas-sena skolastika, u għalkemm bosta jaħsbu li huma l-istudenti biss li jkunu qed jistennew dan il-jum – grupp ta’ għalliema mill-Kulleġġ ta’ St. Clare fl-iskola Sekondarja ta’ Pembroke ddeċidew li jikkommemoraw dan il-mument permezz ta’ filmat ħelu. Dan bħala attività bejniethom.

Aqra aktar

“Kieku ma kontx hemm inti, forsi llum m’għadniex hawnhekk” – Għalliema

L-għalliema huma parti fundamentali mhux biss ta’ ħajjitna iżda anke tat-tfal tagħna. Ta’ kuljum fil-klassi tal-iskola jgħaddu l-edukazzjoni lit-tfal, liż-żgħażagħ u lil adulti. Iżda x-xogħol tal-għalliema ma jieqafx mat-tokki li t-tfal jitilqu mill-klassi, hemm ħidma oħra li xi kultant wieħed ma jkunx jaf li qed issir. F’dan il-filmat, l-għalliema stess esprimew is-sens ta’ sodisfazzjon li ttihom din il-kariga. Fost oħrajn tkelmet dwar ittra partikolari, l-għalliema Angel Mizzi.

Aqra aktar

‘Mass meeting’ fil-klassi tal-iskola

Hija xi ħaġa naturali li t-tfal jirrepetu dak li jisimgħu, speċjalment fi żmien bħal dan meta l-klima politika tkun fl-aqwa tagħha. Bħalissa fid-djar ħafna adulti jibdew jitkellmu fuq il-politika u dwar dak li jkun għaddej fil-pajjiż, ma jonqosx dak il-battibekk bejn koppja li ma taqbilx fejn tidħol politika. Battibekki u diskussjonijiet li t-tfal jisimgħu u t-tfal jirrepetu. Hekk qed jiġri bħalissa fil-klassijiet tal-iskola, li minkejja l-età żgħira tagħhom ukoll qed jitkellmu dwar il-politika.

Aqra aktar

Jilqgħu l-proposti tal-Partit Laburista

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-unjin tal-għalliema tkellmu b’mod pożittiv dwar tnejn mill-iktar proposti ċentrali tal-Partit Laburista għas-settur edukattiv.

Dik li jsiru taħdidiet biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għalliema u li tkun regolata l-pożizzjoni ta’ mijiet ta’ supply teachers u LSAs bil-għan li jkollhom iktar serħan il-moħħ.

Marco Bonnici, tkellem dwar kif għalkemm wieħed jistenna taħdidiet bejn iż-żewġ naħat, il-prinċipju huwa wieħed pożittiv.

Aqra aktar

Minn skola se tagħlaq fir-Rabat għal waħda tal-ogħla livell

Illum ġiet inawgurata l-aħħar parti tal-middle school tar-Rabat Malta. Ix-xogħol fuq din l-iskola beda fl-2013, iżda kien hemm problemi minħabbar li taħt l-art instabu oqbra puniċi.

Il-problema inqalbet fi sfida u opportunità, hekk kif l-oqbra ta’ valur storiku ġew inkorporati mal-iskola infisha, biex minn skola se tingħalaq saret waħda tal-ogħla livell. Din ġiet inawgurata llum fil-preżenza tal-Ministru Evarist Bartolo, u se tilqa’ fiha studenti tal-Form one u tal-Form two. 

Send this to a friend