skola – Page 4 – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Monitoraġġ lil kull student fuq is-servizz ta’ trasport b’xejn għall-istudenti kollha

L-aħħar miżura imħabbra minn Gvern Laburista, dik li se tara li t-trasport tal-iskejjel isir b’xejn mhux biss għall-iskejjel tal-Istat, iżda wkoll għal dawk tal-Knisja u dawk Indipendenti, se tinkludi fiha sistema ta’ moniteraġġ mill-ġenituri.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarjiet mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Frank Fabri, li spjega kif it-tfal se jkollhom ċippa mal-basket, u li tibgħat messaġġ lill-ġenituri meta u x’ħin it-tfal jidħlu, jew joħorġu mill-vann.

“Ma’ kull basket tal-iskola se nkunu qed inwaħħlu apparat żgħira ħafna li fiha jkun hemm ftit informazzjoni dwar l-istudent, bħall-isem u l-indirizz. Meta imbagħad it-tifel jidħol fil-vann, is-sistema tibgħat messaġġ awtomatiku lill-ġenituri, b’app b’xejn li jistgħu iniżżlu, u b’hekk ikollhom moħħhom mistrieħ.”Aqra aktar

Jitlestew l-ewwel żewġ sulari tal-iskola primarja tal-Qawra

Miexi rittmu mgħaġġel u skont kif ippjanat ix-xogħol fuq l-iskola primarja l-ġdida tal-Qawra bl-ewwel żewġ sulari tal-iskola diġá bdew jieħdu s-sura tagħhom.

L-iskola l-ġdida qed tinbena fuq medda ta’ art mifurxa fuq disat elef u ħames mitt metru kwadru. L-investiment fuq din l-iskola mistenni jilħaq l-għaxar miljun ewro.

Ix-xogħlijiet kollha ta’ bini qed isiru mill-Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ għada u mistennija tilqa’ l-ewwel studenti f’Ottubru tas-sena d-dieħla.

Il-pjanti ta’ din l-iskola kellhom jinbidlu minħabba l-fatt li kulma jmur, il-popolazzjoni fil-lokalità qiegħda tkompli tikber tant li saret l-akbar lokalità li fiha jgħixu nies fil-gżejjer Maltin.Aqra aktar

ARA: X’għandek tagħmel biex il-basket tal-iskola ma jkunx tqil

L-ilmenti dwar it-toqol tal-basktijiet tal-iskola ma jaqtgħu xejn, iżda dokument ippreżentat fil-Parlament juri li hemm linji gwida ċari li suppost qed ikunu segwiti mill-iskejjel biex jitnaqqas il-piż tal-basktijiet. Dawn il-linji gwida daħlu fil-bidu tas-sena skolastika li għaddiet u mistennija jkunu infurzati iktar fiż-żmien li ġej.

Aqra aktar

“Għeżież membri tal-Korp tal-Pulizija … Naprezzaw ħafna x-xogħol tagħkom”

Hekk kif is-sena skolastika waslet lejn tmiema, l-istudenti tal-iskola Primarja B ta’ Ħaż Żabbar, ħasbu li jirringrazzjaw lill-Pulizija li ta’ kuljum jieħu ħsieb iż-żamma tal-ordni tat-traffiku fit-toroq ta’ madwar l-iskola.

It-tfal kitbu messaġġ ta’ ringrazjament prominenti bil-kliem “Għeżież membri tal-Korp tal-Pulizija, naprezzaw ħafna x-xogħol tagħkom” kif ukoll iffirmaw din il-kartolina wieħed wieħed u waħda waħda.

Ta’ kuljum għadd kbir ta’ Pulizija minn diversi għases differenti, fil-ħinijiet li t-tfal jidħlu u joħorġu mill-iskejjel jagħmlu xogħol importanti ħafna li permezz tiegħu jiġi mmaniġjat it-traffiku fit-toroq kollha tal-madwar.

Il-Gvern qed jevalwa l-iskema tat-tqassim tal-frott, ħaxix u ħalib fl-iskejjel

Il-Gvern ħa nota tar-reazzjoni tal-pubbliku u l-għalliema fir-rigward tal-iskema tat-Tqassim tal-Frott, Ħaxix u Ħalib fl-iskejjel.

Fid-dawl ta’ dan, permezz tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, beda l-proċess biex jiġi evalwat kif l-iskema tat-Tqassim tal-Frott, Ħaxix u Ħalib fl-iskejjel tista’ tiġi mtejba minn aspett aktar ħolisitiku.Aqra aktar

Aġġornat: Arrestata n-nanna li ħebbet għall-Kap ta’ Skola – se titressaq il-qorti

Persuna li attakkat lill-Kap ta’ skola ġiet arrestata u se titressaq il-qorti għada filgħodu mill-Ispettur Christabelle Chetcuti.
Intant il-każ seħħ meta Kap ta’ skola mill-Kulleġġ ta’ Santa Margerita kellha tiddaħħal l-isptar wara li sfat aggredita minn mara li allegatament jidher li hija nanna ta’ student li jattendi fl-istess istituzzjoni edukattiva.  Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:15 tat-Tlieta filgħodu- meta l-mara żaret l-iskola primarja u esprimiet ix-xewqa li tkellem lill-Kap tal-Iskola.

Wara li ngħatat l-aċċess mill-ħaddiem inkarigat mill-bieb, hija ttellgħet fuq fejn ġiet milqugħa mall-Assistent Kap tal-Iskola li akkumpanjat lill-mara sal-uffiċċju tal-Kap tal-Iskola.  Kien hawn li l-mara li allegatament tiġi n-nanna tal-istudent allegatament agrediet lill-Kap tal-Iskola fejn ġibditilha xagħarha bil-konsegwenza li rwiet għonqha.

Malli seħħ il-każ, il-Kap tal-Iskola ingħatat l-ewwel għajnuna mill-kollegi fejn kien hemm min ħareġ lill-allegat aggressur barra.

ONE NEWS tkellem mal-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margarita Emile Vassallo fejn spjega dwar il-passi li jittieħdu b’rabta ma’ dan il-każ:

 

Meta jigri xi haga bhal din mill-ewwel jittiehdu azzjonijiet li naraw li s sigurta ta dawkkollha li hemm gol iskola, nagħmlu ir rapporti li hemm bzonn kemm jekk hemm bzonn għajnnuna medika, kemm jekk ikun hemm bzonn l-ghajnuna tla-pulizija f dan il kaz mill ewwel il pulizija intervjeniet u bdiet tinvestiga l-każ 

Minkejja li l-Unjin tal-Għalliema l-MUT ikkundannat dan l-aġir li seħħ fil-konfront tal-kap tal-Iskola, l-Prinċipal tal-Kulleġġ qal, li l-unjin hija żbaljata li timplika li l-iskola kellha nuqqas ta’ miżuri tas-sigurta:

 

fl-iskejjel tal-kullegg hemm sistema li l-bibien ikunu magħluqin ġifieri min jitlob biex jidhol fl-iskola jidentifika ruhu umbad jinghata permess biex jidhol skont il-htiega.  ahna nifthu l-bibien tal iskola biex nisimgħu lill-genituri u lill-qraba- biex ngħinu fejn ikun hemm bżonn

B’rabta mal-aggressjoni li seħħet it-Tlieta filgħodu, sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalu lil-ONE NEWS li dwar l-istudent in kwistjoni ma kien hemm ebda problemi- la fl-imġieba u wisq anqas fl-iskola. Għalhek, għadu jrid jiġi stabbilit eżatt x’wassal għal din l-aggressjoni.

Fi stqarrija, l-Gvern ikkundanna dan l-attakk fuq il-Kap tal-Iskola fil-qadi ta’ dmirijitha u jitlob lill-awtoritajiet konċernati jieħdu l-passi kollha skont il-liġi.

Jidher li li l-każ ġara għall-ħabta tal-10.15 ta’ dalgħodu, meta mara li qalet li hi n-nanna ta’ student, żaret skola primarja fejn stqarret li xtaqet titkellem mal-kap tal-iskola u ddaħlet mill-istaff li jkun mal-bieb.
Hi ttellgħet fuq fejn intlaqgħet mill-Assistent Kap ta’ skola u wara daħlet fl-uffiċċju tal-Kap tal-iskola fejn aggredieta fiżikament. Jidher li l-mara allegatament ġibdet xagħar il-kap tal-iskola bil-konsegwenza li allegatament weġġetilha għonqha. L-istess kap ta’ skola ġiet assistita mill-kollegi u l-għalliema li tawha l-ewwel għajnuna u anke ħarġu lill-aggressur mill-iskola.
Sar rapport fl-għassa tal-pulizija, fl-uffiċċju tal-Prinċipal u anke lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Aqra aktar

Mill-Eżami sal-HW. X’se nibdlu?

Dan l-aħħar smajna dwar it-tneħħija tal-eżami ta’ nofs is-sena u minflok se jibda l-assessjar kontinwu mill-għalliema. Biex nifhmu aħjar dan kollu, il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ Dr Frank Fabri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Dan l-aħħar issemma li l-eżami ta’ nofs is-sena se jispiċċa. X’kienet ir-raġuni?

Ir-raġuni hi li rridu ninvestu aktar u nkomplu ngħollu l-valur tat-tagħlim. Aħna mhux sempliċiment se nneħħu l-eżamijiet ta’ nofs is-sena. Kieku nagħmlu hekk biss, ma nkunux qed nagħmlu tajjeb, iżda se nkunu qed insaħħu forom varji ta’ assessjar matul is-sena kollha. Ma ninsewx li l-eżami hu forma waħda ta’ assessjar, li jsir fi Frar u f’Ġunju. Li se nagħmlu issa se jkun li l-assessment isir matul is-sena kollha. Mela mhux se nistennew sa Frar biex it-tfal u l-ġenituri jirċievu r-riżultat.Aqra aktar

Send this to a friend