skola – Page 15 – One News

Notifiki

Klabb 3-16: konkorrenza qawwija aktar minn qatt qabel!

Klabb 3-16 qed iservi ta’ nifs għall-ġenituri li jaħdmu, tant li kienet lanqas għadha ntemmet Skola Sajf, li għadd ta’ tfal kienu diġa irreġistrati biex jattendu dan il-klabb, fil-ġimgħatejn li jkun għad fadal sakemm tibda sena akkademika oħra.

Tkellimna ma’ Elizabeth Pisani, Kap Eżeukiitv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, li spjegat kif għal dawn il-ġimgħatejn hemm aktar minn elf student li inkitbu.

Aqra aktar

Premju prestiġjuż lil skola Maltija tal-Ingliż

L-iskola tal-Ingliż EC, ta’ propjetarji Maltin, rebħet unur prestiġjuż waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ ‘StudyTravel Magazine Awards’. Il-premju ‘Star Chain School 2016’ ifisser ħafna għaliex huwa wieħed mill-iktar rispettati fl-industrija.

L-iskola li tirbaħ tintagħżel wara l-voti ta’ eluf ta’ speċjalisti  u konsulenti fis-settur. L-ogħti tal-premju sar waqt ċerimonja f’Londra.

L-iskola Maltija ilha 25 sena topera u tara studenti minn 140 pajjiż differenti. Minn skola waħda mmexxija minn familja, illum evolviet fi grupp ta’ 24 skola f’21 post madwar id-dinja, inkluż Londra, Oxford, Cambridge, New York, San Francisco, Los Angeles, Vancouver,  Cape Town u Miami.

Aqra aktar

L-applikazzjonijiet għall-Breakfast Club huma miftuħa

L-applikazzjonijiet għas-servizz tal-Breakfast Club huma miftuħa u l-ġenituri jistgħu japplikaw għal dan is-servizz fuq www.edu.gov.mt/breakfastclub

Dan is-servizz, li huwa pprovdut mingħajr ħlas, huwa disponibbli għat-tfal f’livell primarju fl-iskejjel tal-istat.

Din hija t-tielet sena ta’ din l-inizjattiva u s’issa użaw is-servizz mas-6,000 student bl-investiment min-naħa tal-Gvern jkun ta’ miljun u nofs ewro.

Aqra aktar

L-ewwel O levels għal ta’ bla Junior Lyceum… kif marru?

L-istudenti tas-sekondarja li ħarġulhom ir-riżultati tal-O’levels fl-aħħar ġimgħat huma l-ewwel grupp ta’ studenti li wara l-iskola primarja ma qagħdux għall-eżami tal-Junior Lyceum, li għal snin twal kien jiddomina t-tranżizzjoni bejn il-primarja u s-sekondarja fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna.

Jekk wieħed iqabbel dawn ir-riżultati mal-grupp tas-sena li għaddiet, fejn kien hemm l-aħħar grupp ta’ studenti li poġġew għall-eżami tal-Junior Lyceum isib li hemm suġġetti fejn marru aħjar dawk li kellhom eżami tal-junior lyceum u suġġett ieħor fejn marru aħjar dawk li ma kelhomx.

Aqra aktar

Ma tistax iċċapċap!

Skola f’Sydney iddeċidiet li t-tfal li jattenduha ma jistgħux iċapċpu. Minflok, għandhom jifirħu fis-skiet, jew inkella jagħmlu wċuħ eċitati, jew inkella jagħtu bil-ponn fl-arja.

Din l-idea stramba ġiet introdotta minħabba studenti li huma sensittivi għal ħoss. Jemmnu wkoll li billi ma jħalluhomx iċapċpu, iwaqqfu ħafna ċalqlieq bla bżonn fil-klassijiet.

Din hija waħda minn serje ta’ miżuri fi skejjel fl-Awstralja li spiċċat fil-mezzi tax-xandir. Skejjel oħra għamluha mhux premessibbli li wieħed jgħannaq lill-ieħor.

Minn jaf kieku dawn jiġru hawn Malta?

Proposta biex immigranti f’Malta jsiru accountants

EY qed jipproponu li jsir proġett pilota bil-għan li jgħin lill-immigranti f’pajjiżna li għandhom il-kapaċitajiet li jkunu utli għall-ekonomija Maltija. Meta dawn jikkontribwxxu, ikollhom ħajja aktar dinjituża.
L-idea prinċipali wara din il-proposta hija biex tattira immigranti regolari bi kwalifiċi akkademici u aspirazzjonijiet biex jaċċessaw il-programm ta’ EY fl-accountancy. Din ġiet ippreżentata waqt konferenza bl-isem ‘Beyond this Economic Horizon’ li għaliha attenda l-Prim Ministru Joseph Muscat. 
Permezz tal-proġett propost, l-immigranti parteċipanti jingħataw pakkett ta’ sapport li jinkludi lezzjonijiet bla ħlas, laptop u anke moniteraġġ adattat biex jgħinuhom jikkwalifikaw għal din l-iskema. Ikunu jridu jgħaddu minn żewġ A levels biex ikunu eleġibbli.

Aqra aktar

Illum PE kit jew uniformi?

Kull filgħodu għadni nqum xi ftit maħsuda, moħħi sħaba ta’ thewdin.

Illum PE kit jew uniformi?

Hemm ħobż frisk għall-lunch?

Il-pitazz tal-home-school-link ittawwaltlu sew il-bieraħ?

Tgħid nerġgħu ngħaddu l-kliem tal-ispelling game jew sar il-ħin?

Imbagħad is-sħana tfakkarni li issa s-sajf, u ibni għadu rieqed raqda li qabel id-disgħa mhux se tintemm. Aktar ma jikber aktar jikbru r-responsabilitajiet. Sirt nirrelata ħafna ma’ dawk il-ġenituri li wliedhom qed jirċievu r-riżultati tal-O u l-A levels, u ngħid: dalwaqt imiss lilna.

Iżda fejn qabel dawn l-eżamijiet kienu akkumpanjati minn sens ta’ biża, li jew tgħaddi minnhom jew tasal tarf id-dinja, naħseb illum is-sitwazzjoni qed tinbidel, għaliex is-servizzi żdiedu. Ħadt gost li għal sena oħra se jkunu offruti lezzjonijiet tal-privat b’xejn lil dawk li m’għaddewx mis-suġġetti bażiċi tal-O’Levels. L-applikazzjonijiet jagħlqu propju għada, it-Tnejn 18 ta’ Lulju. Qabel, jekk il-familja ma kienx ikollha mezzi biżżejjed biex tibgħat lit-tfal għal privat, kien ikollu jkun miraklu biex jgħaddu. Nistenna xorta waħda sens ta’ responsabilità, li dawk li jinkitbu jattendu għall-lezzjonijiet kollha u jkunu mħeġġa mill-ġenituri.

Aqra aktar

Minn skola ġdida għal iktar minn tnejn kull sena

Kmieni f’din il-leġislatura l-gvern introduċa l-kunċetti ta’ ko-edukazzjoni u l-‘Middle Schools’ fil-livell Sekondarju tal-edukazzjoni.  Dan kien ifisser bini ta’ estensjonijiet ta’ skejjel eżistenti, bini ta’ skejjel kompletament ġodda u iżgħar, u li jakkomodaw mhux aktar minn 550 studenti, kif ukoll tisbieħ estensiv f’diversi skejjel.

Aqra aktar

Send this to a friend