skjavitù – One News

L-eżempju mill-esperjenza qarsa ta’ skjavitù

Din hija Rani Hong, vittma ta’ skjavitu li trid tkun il-vuċi ta’ mqar persuna waħda li għaddejja mill-esperjenza qarsa ta’ traffikar tal-bnedmin.

Lil Rani ltqajna magħha waqt summit li sar fil-Palazz tal-President.

Summit li matulu kienet iffirmata dikjarazzjoni konġunta mill-mexxejja reliġjużi kontra l-iskjavitù fid-dinja moderna tal-lum.  Fiha qablu li se jkunu qed jaħdmu b’mod spiritwali, kif ukoll b’azzjoni fil-prattika biex tinqered il-kriminalità tat-traffikar l-bnedmin.

Illum Rani tgħix l-Istati Uniti u rebħet fuq il-mumenti diffiċli li offritilha l-ħajja. Tant li għandha karriera ta’ Kap Eżekuttiv.

Aqra aktar

L-iskjavitù tad-dinja moderna tal-lum diskuss f’summit fil-Palazz tal-President

Tul il-jum qed isir summit fil-Palazz tal-President f’San Anton dwar kif jista’ jintemm l-iskjavitù tal-lum il-ġurnata.

F’dan is-summit ġiet iffirmata dikjarazzjoni konġunta li hi ffirmata mill-mexxejja reliġjużi kontra l-iskjavitù fid-dinja moderna tal-lum fejn fiha jaqblu li se jkunu qed jaħdmu flimkien b’mod spiritwali u kif ukoll b’azzjoni prattikali biex tiġi eredikata l-kriminalità kontra l-bnedmin.

Aqra aktar

Send this to a friend