Notifiki

GĦALL-EWWEL DARBA: ikel finanzjat mill-Gvern dirett għand dawk fil-bżonn

  • TQASSIM TAL-IKEL TAĦT l-ISKEMA ‘DISTRIBUZZJONI TAL-IKEL FINANZJATA MILL-ISTAT’

Għall-ewwel darba fl-istorja socjali ta’ pajjizna l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali nieda skema, fejn se jkun qed jitqassam ikel direttament u esklusivament finanzjat mill-Gvern Malti. Bl-għan ta’ din l-iskema jkun li jintlaħqu aktar nies li jeħtieġu din it-tip ta’ għajnuna.

Aqra aktar

Ftehim iwassal għal skema li tinċentiva lukandi biex jiffrankaw l-enerġija

Lukandi madwar Malta u Għawdex issa se jkunu qed jingħataw iċ-ċans li jipparteċipaw fi skema li biha se jkunu qed jiffrankaw l-enerġija, grazzi għal skema mħabbra mill-Gvern.

Dan wara ftehim li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti (MHRA). Għal din l-iskema l-Gvern alloka miljun ewro li se jkunu qed jintużaw fost il-lukandi li se jipparteċipaw f’din l-iskema fejn interessati li jipparteċipaw jistgħu billi jagħmlu studju kif jistgħu jiffrankaw l-enerġija.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru dwar l-aħħar żviluppi tal-iskema pagi PN

L-element bażiku tal-fiduċja ġie tradut. Li saru invoices foloz għal riklami u servizzi li ma jeżistux – dak ifisser frodi, ħasil ta’ flus. Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat li f’sessjoni ta’ Q&A live fuq Facebook, irreaġixxa għall-iskema Pagi PN, fejn ġie żvelat li kien Simon Busuttil innifsu li kien qed jitlob il-flus minn negozjant biex jitħallsu l-pagi tal-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Prim Ministru irrefera għal dak żvelat minn One News fil-programm Pjazza u spjega kif li partit politiku jitlob il-flus lill-kumpaniji mhijiex xi ħaġa normali kif qed jipprova jpenġiha Busuttil. Din, qal Joseph Muscat, mhijiex normali, u mhijiex aċċettabbli. Busuttil issa, wara li nqabad b’idejh fil-borża, qal li jrid jagħmel riforma.
L-istess bħalma kien inqabad Gvern Nazzjonalista li kien qed jagħti €500 fil-ġimgħa lilu nnifsu. L-istess partit li kaxkar saqajh fuq il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, u prova jdur magħha minnufih bl-iskema ċedoli.
Tenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa politikament falz meta jgħid li din hija sistema li wiret u li jrid jirranġaha. Kellu erba’ snin ċans, u minflok irranġaha, kien hu stess li kien imexxiha u jmur jitlob il-ħlas tal-pagi tal-ogħla uffiċjali.
Il-Prim Ministru żied jgħid li issa wasal iż-żmien li l-Kap tal-Oppożizzjoni, li mdorri jippontifika, jurina x’se jagħmel. Fl-istess waqt innota li huwa normali li l-Kummissjoni Elettorali – li hija responsabbli mill-finanzjament tal-partiti – tinvestiga dan il-każ. Il-Prim Ministru temm jgħid li s’issa nafu b’każ ta’ negozjant wieħed li kien mitlub iħallas il-pagi fi ħdan il-PN.
Jistenna issa tweġiba dwar jekk hemmx ftehimiet oħra, u jekk dawn humiex dikjarati skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

Aqra aktar

5,000 student jistgħu jidħlu b’xejn fil-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta

  • L-applikazzjonijiet għadhom miftuħin online
  • 5,000 student jibbenefikaw

Iktar minn 5,000 student fl-iskejjel tal-Primarja ta’ Malta u Għawdex bdew jirċievu s-sħubija ta’ Heritage Malta. Heritage Malta stqarret li l-interess għal din is-sħubija kien wieħed inkoraġġanti u li huwa rifless fin-numru ta’ applikazzjonijiet li qed tirċievi din l-aġenzija nazzjonali.

Aqra aktar

“Irrestawra darek”

Jonqos biss ftit ġranet biex l-iskema “Irrestawra Darek” tidħol fis-seħħ. Skema li dettalji dwarha tħabbru ftit tal-jiem ilu, u ġew diskussi fil-programm ONE News Breakfast.

Aqra aktar

11,000 gawdew mill-iskema tal-first time buyers

Fi tliet snin kienu ħdax-il elf persuna li gawdew mill-iskema tal- first time buyers.

Tagħrif ippubblikat illum jgħid mill-2014, meta l-iskema tħaddmet l-ewwel darba, wara l-ewwel baġit ta’ Gvern Laburista, saru 8,059 kuntratt. In-numru ta’ kuntratti huwa iżgħar min- numru ta’ persuni li bbenefikaw minn din l-iskema d-dawl li jkun hemm numru ta’ kuntratti fejn ix-xerrejja jkunu koppja u għalhekk tkun gawdiet iktar minn persuna waħda.Aqra aktar

Sa 70% tal-ispejjeż lura meta tirrestawra darek

Wara li l-Gvern ħabbar serje ta’ miżuri fil-baġit li għadda, l-Awtorità tal-Ippjanar nediet skema ta’ għotja – Irrestawra Darek – sabiex tassisti aktar fir-riġenerazzjoni tal-qalba tal-Irħula. Permexx ta’ din l-iskema l-Awtorità qed tfittex li tippromwovi l-Investiment fir-restawr, konservazzjoni u manutenzioni ta’ proprjetajiet residenzjali privati li jinsabu ġewwa ż-żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) u binjiet skedati fi Grad 1 u Grad 2.

Aqra aktar

Busuttil ifittex konfront, ruling mill-ispeaker

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jakkuża lil Ministru tal-Edukazzjoni li żgwida l-Kamra tad-Deputati meta fil-Parlament fisser kif l-iskema tal-Community Work Scheme hija simili għal skema li nieda l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar amministrazzjoni. Xi ħaġa li saħansitra kkonferma l-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni llum.
Aqra aktar

Skema li ntlaqgħat tajjeb, b’seba’ applikazzjonijiet kuljum

Skema li nediet l-Awtorita’ tal-Ippjanar u żgur qed tħalli l-frott hija dik tar-regolarizazzjoni ta’ illegalitajiet. S’issa fi tliet xhur daħlu aktar minn 600 applikazzjoni. Dan mit-22 ta’ Awwissu.

Numri li jfissru medja ta’ seba’ applikazzjonijiet kuljum. Id-deċiżjonijiet dwar dawn l-illegaliajiet qed jiġu ppublikati fil-gazzetta tal-Gvern.

Segwi aktar dettalji hawn.

Aqra aktar

Send this to a friend