Notifiki

Aġenzija Żgħażagħ teqleb is-servizzi tagħha kollha onlajn

Il-pandemija globali li bħalissa qiegħda taħkimna lagħbet dawra durella b’ħajjitna u qelbitielna ta’ taħt fuq.

Aġenzija Żgħażagħ kienet fost dawk l-aġenziji li kellhom jadattaw għal din il-ħajja ġdida sabiex jibqgħu jagħtu l-almu tagħhom u joffru kwalunkwe servizz li jeħtieġu ż-żgħażagħ. Aqra aktar

Ħames lokalitajiet jibbenefikaw mill-iskema ta’ Xogħlijiet ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali

Ħames lokalitajiet, li huma Marsaxlokk, Birżebbuġa, Santa Venera, Ħal Għaxaq u l-Manikata (Mellieħa), se jibbenefikaw mill-iskema ta’ Xogħlijiet ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali, skema li tinħareġ mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali permezz tad-Direttorat tar-Restawr b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali.

Aqra aktar

Titnieda skema biex tgħin negozji Maltin dwar Brexit


Il-Malta Enterprise nediet l-iskema Get Ready biex tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-kumpaniji Maltin, u tgħinhom iħejju ruħhom għal kull relazzjoni kummerċjali li tista’ tidħol fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit wara d-29 ta’ Marzu li ġej meta jseħħ Brexit. Aqra aktar

149 applikazzjoni għall-iskema “Nikru Biex Nassistu”

Minn meta tnediet l-iskema “Nikru Biex Nassistu” – li l-applikazzjonijiet għaliha nfetħu fl-1 ta’ Settembru, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 149 applikazzjoni – medja ta’ 5 kuljum.

Skema li permezz tagħha, sidien ta’ postijiet jidħlu fi ftehim mal-Gvern għal għaxar snin, biex filwaqt li l-Gvern jikrihom mingħandhom permezz tal-Awtorità tad-Djar, din tgħaddihom b’kirja lil dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni soċjali.

L-applikazzjonijiet li daħlu sa issa mistennija jkunu lesti fix-xhur li ġejjin, u oħrajn għadhom taħt kostruzzjoni.

Aqra aktar

Inċentivi fiskali għal dawk li joffru pensjoni privata lill-impjegati

Ġew imnedija għadd ta’ inċentivi fiskali maħsubin biex jinċentivaw lil min iħaddem biex joħolqu pensjonijiet privati lill-impjegati tagħhom imsejħa Skema ta’ Pensjoni Okkupazzjonali Volontarja fejn ta’ kull sena minn iħaddem ikun jista’ jiddeposità  ammont ta flus f’ fond apposta biex imbagħad l-impjegat jibbenefika minn dawn il-flus mal-età tal-irtirar.

Aqra aktar

Il-PN bi skema oħra dubjuża

Il-Partit Nazzjonalista qed iħaddem skema oħra biex idaħħal il-flus, li hija rregolari u saħansitra iktar minn hekk.

Tikkonferma dan investigazzjoni esklussiva tal-gazzetta KullĦadd li l-ewwel parti tagħha se tkun ippubblikata fil-ħarġa tal-Ħadd.

Fl-aħħar erba’ snin it-tmexxija ta’ Simon Busuttil spikkat għal mod kif ħafna mill-finanzjament tal-partit kien imdawwar ma’ sistemi li mhumiex konfromi mar-regoli tat-trasparenza u saħansitra lanqas mal-liġijiet.

Aqra aktar

Send this to a friend