skema – One News

Notifiki

Titnieda skema ta’ esperjenza tax-xogħol f’Għawdex

Tnediet skema għal żgħażagħ Għawdxin li għandhom bejn is-16 u l-20 sena u qed ifittxu xogħol.

Il-parteċipanti eliġibbli għal din l-iskema se jingħataw opportunità ta’ xogħol mas-settur privat jew organizzazzjoni volontarja f’Għawdex stess u jirċievu disgħin ewro fil-ġimgħa għal total ta’ €450 f’ħames ġimgħat. Aqra aktar

L-NGOs u l-entitajiet privati f’Għawdex jingħataw fondi biex itejbu l-faċilitajiet tagħhom

Permezz ta’ skema offruta mill-Ministeru għall-Għawdex bosta għaqdiet mhux governattivi u entitajiet privati fil-gżira tat-tliet għoljiet ser jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja kemm mil-lat ta’ restawr tas-sit kif ukoll sabiex jagħmlu titjib fis-sistemi awdjo-viżivi li joffru.

Liema faċilitajiet jistgħu jwasslu sabiex jiġu organizzati laqgħat, konferenzi u esebizzjonijiet. Aqra aktar

Aġenzija Żgħażagħ teqleb is-servizzi tagħha kollha onlajn

Il-pandemija globali li bħalissa qiegħda taħkimna lagħbet dawra durella b’ħajjitna u qelbitielna ta’ taħt fuq.

Aġenzija Żgħażagħ kienet fost dawk l-aġenziji li kellhom jadattaw għal din il-ħajja ġdida sabiex jibqgħu jagħtu l-almu tagħhom u joffru kwalunkwe servizz li jeħtieġu ż-żgħażagħ. Aqra aktar

Send this to a friend